Please use this identifier to cite or link to this item: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/119683
Title: Mill-Arkivji : Programme 36 : Raymond Mangion
Authors: D'Anastas, Noel
Mangion, Raymond
Keywords: Mill-Arkivji (Radio program)
Documentary radio programs -- Malta -- 21st century
Archives -- Malta
Malta -- History -- Sources
Malta -- Archival resources
Mangion, Raymond, 1959-
Law -- Malta -- History
Law -- Sources
Constitutional law -- Malta -- History
University of Malta. Faculty of Laws -- Biography
University of Malta. Faculty of Laws -- History
Malta -- Politics and government -- History
Collective memory -- Malta
Issue Date: 2023-06-25
Citation: D'Anastas, N. & Mangion, R. (2023, June 25). Mill-Arkivji : Programme 36 : Raymond Mangion [Radio broadcast]. NET FM
Abstract: Il-mistieden fil-programm ‘Mill-Arkivji’ tal-25 ta’ Ġunju 2023, se jkun il-Professur Raymond Mangion. Lil Prof Mangion rajnieh u smajnieh kemm-il darba jwassal it-tagħrif vast tiegħu fil-midja lokali. Huwa avukat u għandu dottorat mill-Universita ta’ Malta, kif ukoll dottorat mill-Università ta’ Oxford fl-istorja legali. Għandu wkoll maġisteru fl-istorja mill-Università ta’ Malta. Mangion huwa Professur fil-Fakulta tal-Liġi fl-Università ta’ Malta. Mangion huwa awtur ta’ diversi studji li nħarġu f’pubblikazzjonijiet. Fl-2019 ġie maħtur fl-Ordni Nazzjonali tal-Meritu għas-sehem kbir li ta f’dan il-qasam. Fl-2020 inħatar Chairman tal-Kunsill għall-Arkivji Nazzjonali. Il-Prof Mangion huwa espert fil-memorja kollettiva. Il-Prof Mangion ħa jkellimna fuq diversi oqsma fosthom l-iżvilupp Kostituzzjonali ta’ Malta, il-Professuri li għallmu l-Liġi Internazzjonali fil-Fakulta tal-Liġi fl-Università ta’ Malta matul is-snin, l-erba’ ġenerazzjonijiet tad-Drittijiet Umani, kif ukoll il-gradwati tal-liġi tal-1922. Ikellimna wkoll fuq il-pubblikazzjoni ta’ stejjer orali mir-residenti ta’ San Vinċenz, kif ukoll il-pubblikazzjoni oħra dwar Palazzo Ferreria. Bla dubju, il-Prof Mangion jitkellem ukoll dwar is-sehem ta’ diversi Prim Ministri Maltin, ir-rabta bejn Mintoff u Dr Gorg Borg Olivier; Dr Nerik Mizzi, it-Tabib Pawlu Boffa u Dr Eddie Fenech Adami fost ħafna personaġġi oħra. Ma jonqos il-vjaġġ estensiv f’dik li hija memorja kollettiva u l-istudju tal-familji Maltin. Il-Professur Mangion, bħal żiffa ħelwa, kapaċi jieħdok minn suġġett għall-ieħor u jżommok tisma’.
Description: Produzzjoni u preżentazzjoni ta’ Noel D’Anastas fuq NET FM
URI: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/119683
Appears in Collections:Mill-Arkivji (Radio programme)

Files in This Item:
File Description SizeFormat 
Mill-Arkivji 36 Prof Raymond Mangion edited 25 JUNE 2023.mp383.21 MBUnknownView/Open


Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.