Please use this identifier to cite or link to this item: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/120439
Title: Mill-Arkivji : Programme 40 : Matthew Fenech
Authors: D'Anastas, Noel
Fenech, Matthew
Keywords: Mill-Arkivji (Radio program)
Documentary radio programs -- Malta -- 21st century
Archives -- Malta
Malta -- History -- Sources
Malta -- Archival resources
Fenech, Matthew
Malta Philharmonic Orchestra -- Archives
Malta Philharmonic Orchestra -- History
Music -- Malta -- Archives
Issue Date: 2023-10-29
Citation: D'Anastas, N. & Fenech, M. (2023, Ottubru 29). Mill-Arkivji : Programme 40 : Matthew Fenech [Radio broadcast]. NET FM
Abstract: Fil-programm ‘Mill-Arkivji’ tad-29 t’Ottubru 2023 se nitkellmu mas-Sur Matthew Fenech li huwa l-arkivista tal-Orkestra Filarmonika Nazzjonali. Matthew Fenech beda l-edukazzjoni mużikali tiegħu ta’ 7 snin mas-Surmast Carmelo Callus u kompla fl-iskola tal-mużika Johann Strauss ma’ Guido Mamo u Tatjana Chircop. Fis-sena 2000 huwa gradwa fil-Baċċelerat tal-Arti bl-Unuri mill-Università ta’ Malta fejn speċjalizza fil-mużikoloġija. Wara ħa sehem f’bosta masterclasses fosthom dak ma’ Eva Steinchadem, professoresa tal-vjolin f’Salzburg Mozarteum. Ilu mill-2001 membru mal-Orkestra Filarmonika ta’ Malta fis-sezzjoni tal-korda, idoqq il-vjolin u l-vjola. F’dawn is-snin kellu l-opportunità li jdoqq taħt id-direzzjoni ta’ bosta surmastrijiet internazzjonali magħrufa sew f’Malta kif ukoll f’bosta teatri Ewropej, fiċ-Ċina, fl-Istati Uniti u fir-Russja. Matthew Fenech se jagħti ħarsa lejn l-istorja tal-Orkestra Filarmonika Nazzjonali u l-progress li sar matul is-snin. Huwa jagħti tagħrif dwar il-ħidma tiegħu biex jipprovdi l-mużika mill-arkivju biex tindaqq fil-kunċerti mill-Orkestra, il-katalogar, l-indiċjar u l-preservazzjoni tal-partituri mużikali.
Description: Produzzjoni u preżentazzjoni ta’ Noel D’Anastas fuq NET FM
URI: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/120439
Appears in Collections:Mill-Arkivji (Radio programme)

Files in This Item:
File Description SizeFormat 
Mill-Arkivji 40 Matthew Fenech edited 29 Oct 2023.mp399.59 MBUnknownView/Open


Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.