Please use this identifier to cite or link to this item:
https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/121795| Title: | Il-Knisja u n-narrattiva reliġjuża fil-kitba u d-diskors ta’ Duminku Mintoff |
| Other Titles: | Il-qawwa tal-kelma : ir-retorika politika |
| Authors: | DeBattista, André P. |
| Keywords: | Mintoff, Dom, 1916-2012 Discourse analysis Speeches, addresses, etc., Maltese Language and languages -- Political aspects Maltese language -- Political aspects |
| Issue Date: | 2023 |
| Publisher: | Università ta’ Malta. Dipartiment tal-Politika Pubblika u Dipartiment tal-Malti |
| Citation: | DeBattista, A.P. (2023). Il-Knisja u n-narrattiva reliġjuża fil-kitba u d-diskors ta’ Duminke. In M.T. Vassallo & M. Spagnol (Eds.), Il-qawwa tal-kelma : ir-retorika politika (pp. 15-20). Malta: Università ta’ Malta. Dipartiment tal-Politika Pubblika u Dipartiment tal-Malti |
| Abstract: | Dom Mintoff (1916-2012) huwa magħruf bħala persunaġġ li kien iħobb iħaddem l-arti tar-retorika għal finijiet politiċi. Fuq dan inkiteb ħafna u hemm bosta sorsi fuq xiex wieħed jimxi, anki peress li d-diskorsi tiegħu kienu jkunu fit-tul, xi kultant tul ta’ bosta sigħat. Hemm inqas materjal fuq il-kitba tiegħu, imma mir-riċerka li għamilt, hemm kuntrasti interessanti. Hemm similaritajiet bejn il-kitba u d-diskorsi fejn tidħol il-viżjoni tiegħu; ċioè dik li jara lil Malta ħielsa minn kull rabta barranija imma li ssib postha fil-familja tan-nazzjonijiet, Malta sekolari b’element ta’ antagoniżmu lejn il-Knisja (iżda mhux, neċessarjament, lejn il-Kristjaneżmu) u Welfare State msejjes fuq prinċipji Soċjalisti. Imma lil hinn minn dan, hemm kuntrast qawwi bejn il-kitba u d-diskorsi tiegħu. Id-diskorsi kienu jsiru bil-Malti, filwaqt li l-kitba kienet kważi esklussivament bl-Ingliż. Id-diskorsi bil-Malti kienu jsiru spirtu pront, u ħafna drabi ma kienx joqgħod lura milli jitkellem xi ftit vulgari. Il-kitba kienet mirquma, b’sentenzi miktuba b’Ingliż fin u preċiż. Huwa impossibbli fil-ħin allokat niffoka fuq kull aspett mir-retorika ta’ Mintoff. Minflok, se niffoka fuq paradoss li naraw fil-kitba ta’ Mintoff, li hu rifless ukoll fid-diskorsi tiegħu. Dan l-element huwa dak reliġjuż. |
| URI: | https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/121795 |
| Appears in Collections: | Il-qawwa tal-kelma : ir-retorika politika, 2023 Scholarly Works - InsEUS |
Files in This Item:
| File | Description | Size | Format | |
|---|---|---|---|---|
| Il_Knisja_u_n_narrattiva_reliġjuża_fil_kitba_u_d_diskors_ta_Duminku_Mintoff.pdf | 56.69 kB | Adobe PDF | View/Open |
Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.
