Please use this identifier to cite or link to this item:
https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/121847| Title: | Bil-kliem tista’ tpitter : qafas strutturat għat-tagħlim tal-kitba deskrittiva mis-snin bikrin sas-snin sekondarji |
| Authors: | Enriquez, Anthea (2023) |
| Keywords: | Education -- Malta Language and languages -- Study and teaching -- Malta Maltese language -- Malta Native language -- Malta Language and education -- Malta Education, Primary -- Malta Education, Secondary -- Malta Description (Rhetoric) |
| Issue Date: | 2023 |
| Citation: | Enriquez, A. (2023). Bil-kliem tista’ tpitter: qafas strutturat għat-tagħlim tal-kitba deskrittiva mis-snin bikrin sas-snin sekondarji (Master's dissertation). |
| Abstract: | F’din id-dissertazzjoni ssir analiżi dettaljata tal-funzjoni retorika tal-kitba deskrittiva fil-kuntest tat-tagħlim tal-Malti bħala lingwa nattiva. B’referenza għax-xogħlijiet mill-oqsma tar-retorika, il-filosofija, l-istilistika u l-pedagoġija, il-kitba deskrittiva se tkun mistħarrġa biex jinkixfulha l-karatteristiċi partikolari tagħha. Jiġu analizzati wkoll, b’għadd ta’ eżempji, il-kuntesti soċjali varji li fihom titħaddem b’saħħa din il-funzjoni retorika. Il-parti prattika tissejjes fuq il-prinċipji u l-prattiċi tat-tagħlim tal-kitba bħala proċess. Wara stħarriġ kritiku ta’ xi dokumenti kurrikulari barranin u tas-Sillabi tal-Malti, din id-dissertazzjoni tipproponi qafas kurrikulari rraġunat tal-kitba deskrittiva mis-Snin Bikrin sa tmiem l-iskola Sekondarja. Dan il-qafas kurrikulari tfellel f’kategoriji ewlenin li jiżviluppaw b’mod imtarraġ mas-snin: il-vokabolarju, is-sensi, il-karattri, l-ambjent, il-qagħda emozzjonali, in-narrazzjoni, u l-lingwa figurattiva. Wara, kampjun ta’ lezzjonijiet se jagħti togħma ta’ kif tista’ tiġi mgħallma, valutata, u ddifferenzjata l-kitba deskrittiva f’livelli differenti tas-sistema edukattiva formali. Din id-dissertazzjoni tagħlaq bir-riflessjoni tar-riċerkatriċi tal-proġett u x-xogħol li pproponiet, b’risq il-bidla li għandha ssir f’livelli ta’ ppjanar kurrikulari min-nies interessati f’dan il-qasam. B’hekk, l-għalliema u l-istudenti t’għada jista’ jkollhom għarfien aktar ċar ta’ din il-funzjoni retorika tant ta’ fejda fil-ħajja ta’ kuljum. |
| Description: | MTL(Melit.) |
| URI: | https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/121847 |
| Appears in Collections: | Dissertations - FacEdu - 2023 |
Files in This Item:
| File | Description | Size | Format | |
|---|---|---|---|---|
| 2318EDUEDU500100012397_1.PDF | 6.06 MB | Adobe PDF | View/Open |
Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.
