Please use this identifier to cite or link to this item: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/121877
Title: Wara l-vespri tal-Milied fil-Matriċi
Authors: Bezzina, Joseph
Keywords: Wine and wine making -- Taxation -- Malta -- Gozo -- History -- 17th century -- Sources
Università di Gozo -- Archives
Università di Gozo -- Sources
Università di Gozo -- Finance
Gozo (Malta) -- History -- 17th century
Cathedral of the Assumption (Victoria, Malta) -- History
Issue Date: 2011-12
Publisher: Catholic Church. Diocese of Gozo (Malta)
Citation: Bezzina, J. (2011, December). Wara l-vespri tal-Milied fil-Matriċi. Il-Ħajja f'Għawdex, 933, 41.
Series/Report no.: Għawdex 400 sena ilu;198
Abstract: Id-dokument numru 198 Ii qiegħed jiġi ippubblikat f'din is-sensiela ta' paġni miIl-Arkivju Nazzjonali ta' Għawdex hu dwar l-irkant tas-sisa tal-inbid Ii kien sejjer isir proprju nhar il-Milied 1611. Jinsab reġistrat fit-tielet volum tal-Acta tal-Universitas Gaudisii, il-Gvern Reġjunali ta' Għawdex fi żmien il-Kavallieri ta' San Ġwann (1530-1798) folju 56v (NAG, UG, Acta, 3/1611-1612, 56v). Dan lid-dokument iffissa l-irkant għall-għotja tal-monopolju (għal min kien joffri li jagħti l-ogħla sisa fuq kull barmil inbid impurtat) għas-sena 1612 għal wara l-għasar tal-Milied fil-Matriċi, nhar il-25 ta' Dicembru 1611. Id-dħul ewlieni tal-Universita ta' Għawdex kien mis-sisa. Is-sisa kienet taxxa tad-dwana fuq l-importazzjoni ta' oġġetti minn barra, f'dan il-każ l-inbid. Is-sisa fuq l-inbid impurtat minn Sqallija kienet tirrendi somma ġmielha lill-Universita. Haġa interessanti li toħroġ minn dan id-dokument hi li l-irkant tal-monopolju kien sejjer isir inanti, jiġifieri quddiem il-porticato jew il-Portiku tal-Knisja Matriċi ta' Għawdex. Dan ifisser li quddiem il-Knisja Matriċi l-qadima, dik li twaqqgħet wara s-sena 1697, kien hemm zuntier imsaqqaf iserrah fuq xi kolonni u li kien jifforma portiku quddiem il-knisja.
URI: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/121877
Appears in Collections:Melitensia Works - ERCSSILL

Files in This Item:
File Description SizeFormat 
Bezzina,J._Wara l-Vespri tal-Milied fil-Matrici_Il-Ħajja f'Għawdex_933_Diċembru 2011.pdf114.1 kBAdobe PDFView/Open


Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.