Please use this identifier to cite or link to this item:
https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/121882| Title: | Materjal pedagoġiku differenzjat għat-tagħlim tan-nom |
| Authors: | Tabone, Shana (2023) |
| Keywords: | Maltese language -- Noun -- Study and teaching (Secondary) -- Malta Individualized instruction -- Malta |
| Issue Date: | 2023 |
| Citation: | Tabone, S. (2023). Materjal pedagoġiku differenzjat għat-tagħlim tan-nom (Master's dissertation). |
| Abstract: | L-għan ewlieni ta’ dan il-proġett huwa l-iżvilupp ta’ materjal pedagoġiku b’mod differenzjat għat-tagħlim tan-nom fil-Malti. Il-materjal ippreżentat huwa mmirat għal studenti li huma kelliema nattivi tal-Malti u li jinsabu fil-livell sekondarju. In-noti u t-taħriġiet maħluqa permezz ta’ dan l-istudju huma ppreżentati skont tliet rotot differenti fi tliet kotba tat-taħriġ. L-ewwel ktieb tat-taħriġ huwa mmirat għall-istudenti ta’ Rotta 1, it-tieni ktieb tat-taħriġ huwa maħsub għall-istudenti ta’ Rotta 2 u t-tielet ktieb għall-istudenti ta’ Rotta 3. It-tliet rotot, li jissejħu livelli fiċ-ĊES, huma inklużi fis-sillabu uffiċjali tad-dipartiment tal-edukazzjoni, kif ukoll f’IsSillabu tal-Malti taċ-ĊES 22 (2025). It-tagħlim b’mod differenzjat jimmira sabiex jilħaq lillistudenti kollha, irrispettivament mil-livell tal-kisbiet u mill-abbilitajiet varji tagħhom. B’dan ilmod kull student se jkollu l-opportunità jesperjenza t-tagħlim tan-nom skont il-ħtiġijiet personali tiegħu. Għan prinċipali ieħor huwa li l-kotba tat-taħriġ jintużaw kemm fl-iskejjel tal-istat kif ukoll fliskejjel tal-knisja u fl-iskejjel indipendenti. Dan il-proġett se jservi ta’ għodda pedagoġika għal dawk l-għalliema li jixtiequ jimplimentaw id-differenzjar fil-klassijiet tagħhom. Iżda mhux biss, il-kotba tat-taħriġ huma ta’ għajnuna wkoll għal dawk l-istudenti li jħobbu jitgħallmu b’metodi differenti li jmorru lil hinn mill-metodu tradizzjonali. Kull kapitlu f’din id-dissertazzjoni qed iwassal bosta studji li permezz tagħhom dan il-proġett seta’ jkun possibbli. |
| Description: | MTL(Melit.) |
| URI: | https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/121882 |
| Appears in Collections: | Dissertations - FacEdu - 2023 |
Files in This Item:
| File | Description | Size | Format | |
|---|---|---|---|---|
| 2318EDUEDU500100009439_1.PDF | 57.53 MB | Adobe PDF | View/Open |
Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.
