Please use this identifier to cite or link to this item: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/121887
Title: Insiru nafu lil Jesmond Grech : studju ta’ awtur għad-disa’ sena fl-iskola sekondarja
Authors: Sacco, Francesca Marie (2023)
Keywords: Maltese literature -- Study and teaching (Secondary) -- Malta
Grech, Jesmond, 1963- -- Criticism and interpretation
Issue Date: 2023
Citation: Sacco, F. M. (2023). Insiru nafu lil Jesmond Grech: studju ta’ awtur għad-disa’ sena fl-iskola sekondarja (Master's dissertation).
Abstract: Din id-dissertazzjoni tippreżenta studju ta’ awtur fuq Jesmond Grech, kittieb ta’ ġeneri letterarji varji b’temi qrib il-ħajja taż-żgħażagħ u b’valuri li jgħinuhom aktar ma jikbru. Fil-bidu tingħata ħarsa lejn xi prinċipji relevanti għall-istrutturar ta’ studju ta’ awtur, bilkwalitajiet, il-benefiċċji u xi limitazzjonijiet tiegħu, fl-isfond ta’ eżempji lokali u internazzjonali. Huma mistħarrġa wkoll aspetti kardinali fit-tħejjija tal-istudju ta’ awtur dwar Grech, ewlenin fosthom: l-għażla tal-awtur u t-testi letterarji; il-ħoloq kurrikulari differenti; l-għanijiet u s-sekwenza tat-tnax-il lezzjoni mfassla b’reqqa. Il-kitbiet ta’ Grech mgħallma b’mod li jkun hemm bilanċ bejn stħarriġ kritiku strutturali u l-għoti tarrespons tal-istudenti. Barra minn hekk, il-lezzjonijiet jippreżentaw firxa ta’ attivitajiet u riżorsi, xi suġġerimenti għad-differenzjar, daqskemm jagħtu attenzjoni lill-assessjar formattiv u l-evalwar summattiv. Id-dissertazzjoni tagħlaq b’riflessjoni kritika tarriċerkatriċi fuq il-proċess tat-tfassil tal-istudju ta’ awtur fuq Grech. Fl-aħħar, jingħataw għadd ta’ pariri ta’ fejda kieku dan il-proġett kellu jitwettaq fil-prattika u possibilment jiġi valutat ukoll. Bil-qari ta’ għażliet tax-xogħlijiet letterarji ta’ Grech, l-istudenti jiskopru kittieb validu ġdid u jkomplu jwessgħu l-esperjenza letterarja tagħhom.
Description: MTL(Melit.)
URI: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/121887
Appears in Collections:Dissertations - FacEdu - 2023

Files in This Item:
File Description SizeFormat 
2318EDUEDU500100012880_1.PDF31.85 MBAdobe PDFView/Open


Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.