Please use this identifier to cite or link to this item:
https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/126517| Title: | It-tagħlim tal-partiċipju passiv fil-Malti |
| Authors: | Bartolo, Kirsty (2023) |
| Keywords: | Maltese language -- Study and teaching -- Malta Maltese language -- Passive voice Maltese language -- Participle Maltese language -- Verb Maltese language -- Grammar -- Study and teaching |
| Issue Date: | 2023 |
| Citation: | Bartolo, K. (2023). It-tagħlim tal-partiċipju passiv fil-Malti (Master's dissertation). |
| Abstract: | Għażilt li nittratta t-tagħlim tal-partiċipju passiv (PP) lil studenti tal-ewwel lingwa (L1) bl-għan ewlieni li noħloq taħriġiet dwar il-PP fl-iskejjel sekondarji. Bdejt billi tajt ħarsa lejn it-tifsira ta’ grammatika u l-kriterji pedagoġiċi tagħha fit-tagħlim tal-L1, b’mod speċjali l-proċess tat-tinqija li lokalment ġie studjat minn Camilleri Grima (2020). Wara, analizzajt il-morfoloġija tal-PP Semitiku ta’ kull forma verbali bħal mv12ū3 ta’ ‘maqtul’, li ġieli tvarja skont jekk il-PP hux ġej minn verb sħiħ jew dgħajjef, is-suffissi tal-PP Rumanz -at, -ut u -it u xi irregolaritajiet. Dan għamiltu biex nistħarreġ it-tagħlim tal-PP skont l-iskaluni, il-kisbiet u s-sillabi, u x’inhu mistenni mill-istudenti fil-karti tal-eżamijiet. Biex il-forom partiċipjali jinftehmu mill-istudenti, Iddeċidejt li minn din it-taqsima nibda nissimplifikahom. Ngħidu aħna, il-forma mv12ū3 inbidlet f’mVKKuK,. Il-qofol tat-teżi ntlaħaq billi ħejjejt ħdax-il lezzjoni b’riżorsi tradizzjonali u diġitali dwar il-PP Semitiku għal studenti tad-disa’ sena ta’ Rotta 3. Il-kriterji pedagoġiċi li kkunsidrajt huma l-motivazzjoni tal-istudenti, il-kontenut u r-rabta mas-sillabi, l-attwalità, l-awtentiċità u l-preċiżjoni, il-proċess tat-tinqija, il-kunsiderazzjonijiet soċjali, l-awtonomija tal-istudenti, is-soċjokulturaliżmu u t-tagħlim kollaborattiv, id-disinn tekniku u d-disinn istruzzjonali. |
| Description: | MTL(Melit.) |
| URI: | https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/126517 |
| Appears in Collections: | Dissertations - FacEdu - 2023 |
Files in This Item:
| File | Description | Size | Format | |
|---|---|---|---|---|
| 2318EDUEDU500100012840_1.PDF Restricted Access | 9.75 MB | Adobe PDF | View/Open Request a copy |
Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.
