Please use this identifier to cite or link to this item:
https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/127768| Title: | Korintu |
| Authors: | Muscat, Noel |
| Keywords: | Corinth (Greece) Apostles Paul, the Apostle, Saint Bible. Corinthians -- Criticism, interpretation, etc. Bible. New Testament -- History of Biblical events |
| Issue Date: | 2024 |
| Publisher: | Kummissarjat Tal-Qabar Ta' Kristu F'Malta |
| Citation: | Muscat, N. (2024). Korintu. Lehen l-Art Imqaddsa, 45(224), 7-16. |
| Abstract: | Il-belt ta’ Kórinthos (Korintu) hi belt moderna li tinsab ftit kilometri bogħod mill-fdalijiet arkeoloġiċi tal-belt ta’ Korintu fl-era klassika u fl-era Kristjana. Archaia Kórinthos (Korintu l-Antika) tinsab xi 80 kilometru fuq il-punent ta’ Ateni, fil-penisola tal-Peloponnesos, li antikament kienet tissejjaħ Akaja. Ġeografikament kienet tiddomina għonq dejjaq ta’ art bejn żewġ ibħra, jiġiferi l-Golf ta’ Korintu fuq il-punent u l-Golf Saroniku fuq il-lvant. Il-belt kienet mibnija xi 90 metru fuq il-livell tal-baħar. Billi kellha l-baħar fuq iż-żewġ naħat, kienet ċentru importanti, għax kellha żewġ portijiet, il-port ta’ Lechaeum fuq il-Golf ta’ Korintu, bi żbokk lejn il-Baħar Jonju, u l-port ta’ Cenchreae fuq il-Golf Saroniku, bi żbokk lejn il-Baħar Eġew. Illum il-ġurnata dan l-għonq ta’ art hu maqsum mill-Kanal ta’ Korintu, li tħaffer bejn l-1882 u l-1893, u li llum jużawh diversi biċċiet tal-baħar u vapuri tal-merkanzija, li hekk iqassru l-vjaġġ bejn ix-xaqliba tal-punent u dik tal-lvant tal-Mediterran, għax jevitaw li jkollhom iduru mal-penisola tal-Peloponnesos. Il-fdalijiet tal-belt antika huma dominati mill-belt-fortizza ta’ Acrocorinthis, li togħla 575 metru fuq il-livell tal-baħar. L-iskavi arkeoloġiċi ta’ Korintu bdew fl-1896 u kixfu partijiet kbar tal-belt klassika. |
| URI: | https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/127768 |
| Appears in Collections: | Lehen l-Art Imqaddsa : Numru 224 : April-Ġunju : 2024 Lehen l-Art Imqaddsa : Numru 224 : April-Ġunju : 2024 |
Files in This Item:
| File | Description | Size | Format | |
|---|---|---|---|---|
| Korintu.pdf | 1.86 MB | Adobe PDF | View/Open |
Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.
