Please use this identifier to cite or link to this item: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/127774
Title: Kif issawwru l-vanġeli?
Authors: Ghirlando, Marcello
Keywords: Bible. Gospels -- Criticism, interpretation, etc.
Bible. Gospels -- Authorship
Bible -- Examinations, questions, etc.
Issue Date: 2024
Publisher: Kummissarjat Tal-Qabar Ta' Kristu F'Malta
Citation: Ghirlando, M. (2024). Kif issawwru l-vanġeli?. Lehen l-Art Imqaddsa, 45(224), 30-35
Abstract: Meta nużaw il-kelma ‘vanġelu’, l-ewwel ma jiġi f ’moħħna llum huma l-erba’ Vanġeli li jirrakkuntaw il-ġrajja ta’ Ġesù Kristu, l-Iben ta’ Alla magħmul bniedem: il-Vanġelu skont San Mattew, San Mark, San Luqa u San Ġwann. Imma fil-fatt, il-kelma ‘vanġelu’, tfisser bxara tajba, aħbar ta’ ferħ li tingħata bil-fomm. X’aktarx li l-ewwel insara użaw din il-kelma Griega ‘euaggelion’, ‘vanġelu – aħbar tajba’, influwenzati mill-verb Grieg meħud minn dan is-sostantiv li ntuża f ’Iżaija 40 – 66, fejn il-profeta jitkellem mill-bxara t-tajba li Alla kellu favur l-eżiljati li twasslitilhom kelma ta’ ferħ u tama fit-tħabbira tal-ħelsien u r-ritorn lejn l-art imwiegħda. Għall-ewwel insara, il-kelma ‘vanġelu’, fissret bis-sħiħ il-bxara t-tajba ta’ fidwa mwassla minn Ġesù, li permezz tiegħu Alla jeħles lill-bniedem mill-ħażen u mill-mewt, fidwa li sseħħ fil-ġrajja tal-mewt u l-qawmien ta’ Ġesù Kristu mill-mewt. Il-Vanġeli miktuba allura jfakkruna fil-passaġġ li hemm bejn it-tħabbira li saret bil-fomm, f ’forma orali, għall-formulazzjoni letterarja, għall-forma miktuba tiegħu. Il-Vanġeli miktuba għaddew minn diversi stadji ta’ tiswir, jew ta’ formazzjoni, sakemm waslu għall-forma miktuba li bihom aħna nafuhom. Nistgħu għalhekk nużaw l-espressjoni ‘mill-Vanġelu għall-Vanġeli’. Imma ejjew nistaqsu lilna nfusna: liema kienu l-istadji ta’ formazzjoni tal-Vanġeli miktuba?
URI: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/127774
Appears in Collections:Lehen l-Art Imqaddsa : Numru 224 : April-Ġunju : 2024
Lehen l-Art Imqaddsa : Numru 224 : April-Ġunju : 2024

Files in This Item:
File Description SizeFormat 
Kif_issawwru_l_vanġeli.pdf841.21 kBAdobe PDFView/Open


Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.