Please use this identifier to cite or link to this item:
https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/127782| Title: | Malta u l-Maltin fir-reġistri tal-kustodja tal-Art Imqaddsa : it-tielet parti |
| Authors: | Vella, Horatio Caesar Roger |
| Keywords: | Franciscans. Commissariat of the Holy Land -- History Franciscans -- Malta |
| Issue Date: | 2024 |
| Publisher: | Kummissarjat Tal-Qabar Ta' Kristu F'Malta |
| Citation: | Vella, H. C. R. (2024). Malta u l-Maltin fir-reġistri tal-kustodja tal-Art Imqaddsa : it-tielet parti. Lehen l-Art Imqaddsa, 45(224), 43-46 |
| Abstract: | Għal darba oħra kelli l-okkażjoni li mmur naħdem fl-Art Imqaddsa fejn kont qed nittraskrivi l-ħames volum tal-Ordinazzjonijiet. Dawn il-volumi qed jiġu pubblikati mill-Kustodja bil-koperazzjoni tal-awtur bl-isem ta’ Ordinazioni: documenti della Custodia di Terra Santa, li kopji tagħhom jinsabu fl-Arkivju tal-Provinċja Franġiskana ta’ Malta ġewwa l-Belt Valletta, kif ukoll fl-Università ta’ Malta u fl-Arkivju tal-Kunvent ta’ San Salvatur f ’Ġerusalemm. Dawn jikkonsistu f ’ġabra ta’ dokumenti li s-Segretarju tal-Kustodja tal-Art Imqaddsa kien jiġbor minn diversi għejun bejn l-1773 u l-1801, jiġifieri 29 sena. F’dan il-perjodu jissemmew ħames Segretarji: Padre Paolo d’Agnona (1773), Padre Michelangelo di Saorgio (1773), Padre Innocenzo di Pischiera (1782), Padre Atanasio di Ragusi (1796), u Fra Dario di Grecio (1801). Dan il-volum fih dawn il-paġni: 1-139 recto u verso, 140-188 recto biss, u 89 oħra recto biss. B’hekk dan il-volum fih 278 + 49 + 89, jiġifieri, 416 pagni, li jiena ttraskrivejt fi ħmistax-il jum ġewwa Terra Santa College f ’Ġerusalemm il-ġdida. Il-kontenut ta’ dan il-volum huwa djarju ta’ dak li ġara f ’dawk id-29 sena, li jinkludi rapporti, ittri, ħatriet tal-patrijiet f ’diversi kunventi u ospizji, kif ukoll ċirkulari u ordnijiet mibgħuta mis-Superjuri. Minħabba dawn tal-aħħar, dawn il-volumi jsibuhom bħala “Ordinazzjonijiet”. Bħas-soltu, jiena u nittraskrivi, l-attenzjoni tiegħi tinġibed lejn l-isem ta’ Malta u dak kollu li jirrigwarda l-Gżira tagħna. Għalhekk ser inniżżel għall-informazzjoni tal-qarrejja ta’ dan il-ġurnal Bibliku fejn issemmiet Malta. |
| URI: | https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/127782 |
| Appears in Collections: | Lehen l-Art Imqaddsa : Numru 224 : April-Ġunju : 2024 Lehen l-Art Imqaddsa : Numru 224 : April-Ġunju : 2024 |
Files in This Item:
| File | Description | Size | Format | |
|---|---|---|---|---|
| Malta_u_l_Maltin_fir_reġistri_tal_kustodja_tal_Art_Imqaddsa.pdf | 818.36 kB | Adobe PDF | View/Open |
Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.
