Please use this identifier to cite or link to this item:
https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/130591| Title: | Mill-Arkivji : Programme 77 : Samuel Azzopardi u Zvetlana Pace Cassar |
| Authors: | D'Anastas, Noel Azzopardi, Samuel Pace Cassar, Zvetlana |
| Keywords: | Mill-Arkivji (Radio program) Agriculture -- Malta Agriculture and state -- Malta Malta -- History -- Sources Malta -- Archival resources Azzopardi, Samuel Pace Cassar, Zvetlana Malta -- History -- Knights of Malta, 1530-1798 Crime -- Malta -- Archival resources National Archives of Malta Archives -- Collection management -- Malta Archives -- Catalogs Archives -- Processing -- Malta |
| Issue Date: | 2024-11-24 |
| Citation: | D'Anastas, N., Azzopardi, S. & Pace Cassar, Z. (2024, November 24). Mill-Arkivji : Programme 77 : Samuel Azzopardi u Zvetlana Pace Cassar [Radio broadcast]. NET FM |
| Abstract: | Fil-programm ‘Mill-Arkivji’ tal-24 ta’ Novembru 2024, is-Sur Samuel Azzopardi u s-Sa Zvetlana Pace Cassar se jkellmuna fuq il-proġett tal-katalogar li qed isir fuq id-dokumenti ta’ diversi qrati u tribunali taż-żmien l-Ordni ta’ San Ġwann. Fl-Arkivji Nazzjonali fir-Rabat hemm aktar minn 600 kaxxa mimlija faxxikli u dokumenti sfużi ta’ diversi qrati u tribunali u fil-mument dawn qed isirilhom il-katalogar tagħhom biex fix-xhur li ġejjin, din l-informazzjoni tkun aċċessibbli fuq is-sit https://arkivji.org.mt/. Il-proġett tal-katalogar huwa wieħed komprensiv u metikoluż. Fl-ewwel parti tal-programm, Samuel Azzopardi se jgħid x’jonvolvi l-ħidma tiegħu kif ukoll se jaqsam magħna xi każijiet li sab f’dawn il-kaxxi. Ħafna minn dawn il-proċessi kriminali jinvolvu ġlied. Ix-xabla kienet komuni fl-idejn. Kif seħħ il-qtil tat-tfajjel Nicola Bonello ta’ 8 snin li nstab mgħarraq f’ġibja f’Wied Qirda. Il-każ seħħ fl-1581. Kien fil-kumpanija ta’ ġuvni akbar minnu u kien hemm min qal li rawh iwaddbu. Kif spiċċa l-każ? Għala l-ġenituri tiegħu waqqgħu l-każ? Samuel Azzopardi se jirrakonta diversi serqiet mill-knisja konventwali ta’ San Ġwann (il-Kon-Katidral ta’ San Ġwann). X’insteraq u minn seraq? Każ ieħor kienet serq ta’ dgħajsa li tħalliet fl-Imsida. Dawn u ħafna aktar huma r-rakkonti li Samuel se jwasslilna b’tant kurżitajiet, każijiet kriminali li jmorru lura lejn is-seklu 17 - madwar 400 sena ilu. Samuel Azzopardi huwa paleografu u jispeċjalizza fl-istudji klassiċi b’mod partikolari l-lingwa Latina. Gradwat mill-Universita ta’ Malta u dik ta’ Edinburgh. Huwa l-President tal-Malta Classics Assosiation. Samuel jaħdem bħala paleografu fl-Arkivji Nazzjonali. Fit-tieni parti tal-programm, Zvetlana Pace Cassar se tgħidilna kif isir il-katalogar, is-sistemi wżati u xi problemi wieħed isib, sew mil-lenti tal-arkivista kif ukoll mir-riċerkatur. Zvetlana ħa tiffoka fuq il-karatteristiċi ewlenin tal-AtoM (Archives to Memory), open source archival description software li l-Arkivji Nazzjonali juża għall-katalogar. X’vantaġġi fih? X’faċilita għandu r-riċerkatur meta jikkonsultah mill-kumdita ta’ daru? Zvetlana Pace Cassar hija gradwata fl-istorja u għandha maġisteru fl-immaniġjar tal-wirt kulturali mill-Universita ta’ Malta. |
| Description: | Produzzjoni u preżentazzjoni ta’ Noel D’Anastas fuq NET FM |
| URI: | https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/130591 |
| Appears in Collections: | Mill-Arkivji (Radio programme) |
Files in This Item:
| File | Description | Size | Format | |
|---|---|---|---|---|
| Mill-Arkivji 77 Samuel Azzopardi - Zvetlana Pace Cassar edited 24 NOV 2024.mp3 | 86.69 MB | Unknown | View/Open |
Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.
