Please use this identifier to cite or link to this item:
https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/132661| Title: | Mill-Arkivji : Programme 84 : Raymond Saliba |
| Authors: | D'Anastas, Noel Saliba, Raymond |
| Keywords: | Mill-Arkivji (Radio program) Documentary radio programs -- Malta -- 21st century Archives -- Malta Malta -- History -- Sources Malta -- Archival resources Saliba, Raymond Saliba, Raymond. Djar t’Alla Djar tal-Poplu: Knejjes fir-Reġjun tal-Punent Church buildings -- Malta -- History Dusina, Pietro, -1581 Privileges and immunities, Ecclesiastical -- Malta -- History Calì, Giuseppe, 1846-1930. Paintings. Selections |
| Issue Date: | 2025-01-19 |
| Citation: | D'Anastas, N. & Saliba, R. (2025, January 19). Mill-Arkivji : Programme 84 : Raymond Saliba [Radio broadcast]. NET FM |
| Abstract: | Fil-programm ‘Mill-Arkivji’ tad-19 ta’ Jannar 2025 se niltaqgħu mas-Sur Raymond Saliba li se jkellimna fuq ir-riċerka li għamel għall-pubblikazzjoni ‘Djar t’Alla Djar tal-Poplu: Knejjes fir-Reġjun tal-Punent’ maħruġ mill-Kunsill Reġjonali tal-Punent. X’inhi d-differenza bejn knisja u kappella? Kemm hawn knejjes f’Malta u fir-Reġjun tal-Punent? Kemm sab knejjes u kappelli Mons Dusina fil-Vista Apostolika tiegħu fl-1575? Fejn jinsabu arkivjati dawn id-dokumenti tal-Visti Pastorali? Raymond Saliba jagħti deskrizzjoni dwar ċerti knejjes li hawn inkluż dawk tal-kampanja. Xi tfisser "Non gode l'immunita ecclesiastica"? Saliba jgħid liema knisja l-aktar importanti u għala? Xi tfisser għalieh il-kripta ta’ Sant Agata fir-Rabat? Jitkellem ukoll dwar l-artist Malti Giuseppe Cali (1846-1930) u l-arti sagra tiegħu l-aktar f’dawk li nsibu fil-knisja tal-Madonna tal-Porto Salvo fil-Belt, il-Bażilika tal-Mosta, il-knisja tal-patrijiet Franġiskani Konventwali fit-Triq ir-Repubblika l-Belt, u oħrajn. Dan it-tagħrif qed iwasslu bħala promozzjoni għal sensiela ta’ lectures dwar dan l-artist mill-Fondazzjoni AŻAD fil-jiem li ġejjin. Raymond Saliba huwa assistent kuratur fil-Mużew tal-Kattidral fl-Imdina fejn ilu jaħdem hemm 30 sena. Kellu l-opportunità li jirriċerka fl-Arkivju tal-Kattidral u f’arkivji oħra. Għal xi żmien ħadem ukoll fil-Mużew ta’ Sant Agata fir-Rabat u l-arkivju tiegħu. Saliba kiteb diversi artikli u papers f’rivisti u kotba l-aktar fuq il-kultura popolari u l-arti sagra f’Malta. Kien ukoll il-preżentatur tal-programm televiżiv ‘Il-Kollezzjonist’ fuq wieħed mill-istazzjonijiet televiżivi lokali. |
| Description: | Produzzjoni u preżentazzjoni ta’ Noel D’Anastas fuq NET FM |
| URI: | https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/132661 |
| Appears in Collections: | Mill-Arkivji (Radio programme) |
Files in This Item:
| File | Description | Size | Format | |
|---|---|---|---|---|
| Mill-Arkivji 84 Raymond Saliba edited 19 JAN 2025.mp3 | 83.25 MB | Unknown | View/Open |
Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.
