Please use this identifier to cite or link to this item: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/132693
Title: Mill-Arkivji : Programme 89 : Dennis A. Darmanin
Authors: D'Anastas, Noel
Darmanin, Dennis A.
Keywords: Mill-Arkivji (Radio program)
Documentary radio programs -- Malta -- 21st century
Archives -- Malta
Malta -- History -- Sources
Malta -- Archival resources
Darmanin, Dennis A.
Malta -- History, Military
Pembroke (Malta) -- History, Military
Malta -- Armed Forces -- Uniforms -- History
Military uniforms -- History
Buttons -- History
Buttons -- Collectors and collecting
Main Guard (Valletta, Malta)
Valletta (Malta) -- History
Manderaggio (Valletta, Malta) -- History
Issue Date: 2025-02-23
Citation: D'Anastas, N. & Darmanin, D.A. (2025, February 23). Mill-Arkivji : Programme Programme 89 : Dennis A. Darmanin [Radio broadcast]. NET FM
Abstract: Is-Sur Denis A. Darmanin huwa l-mistieden fil-programm ‘Mill-Arkivji’ tat-23 ta’ Frar 2025. Is-Sur Darmanin huwa magħruf l-aktar għar-riċerka li għamel u l-illustrazzjonijiet tal-uniformijiet tal-aħħar tas-Seklu 18 u d-19 li ntlibsu mill-Ordni ta’ San Ġwann u l-ewwel Korp Malti tal-Armata Brittanika. Magħhom il-kollezzjoni tal-buttuni tal-uniformi. Is-Sur Darmanin serva fil-Forzi Armati ta’ Malta bħala għaddas tal-armata, fiż-żoni taż-żejt tal-Afrika ta’ Fuq u fl-Awtorità Maltija għall-Ambjent u l-Ippjanar fil-wirt kulturali. Fl-2008 kiseb diploma fl-Arkitettura Barokka u dan l-aħħar maġisteru fl-Istorja mill-Università ta’ Malta. Għal aktar minn tliet deċennji, huwa kkontribwixxa b’għad kbir ta’ artikli f’għad kbir ta’ ġurnali internazzjonali u gazzetti lokali. Huwa ko-awtur u illustratur fi ħdax-il ktieb dwar buttuni tal-uniformi. L-eluf ta’ abbozzi tal-buttuni tiegħu huma rekord dinji mhux rikonoxxut. Huwa l-awtur tal-ktieb ‘Pembroke, From a British Garrison to a Modern Civilian Town’ u ta’ ‘Buttons, parade: Military and Civilian Uniform Buttons in Malta –18th to 21st century’ ippubblikat mal-Prof. George Cassar. Dan l-aħħar ippubblika ktieb iehor bl-isem ta’ ‘British Military Murals at the Main Guard’ ippubblikat minn Heritage Malta. Bħalissa qed jaħdem ukoll fuq il-ktieb li jmiss dwar il-wirt militari Anglo-Malti. Matul din is-siegħa, Denis jittratta t-tliet kotba, dak fuq l-istorja ta’ Pembroke, l-aspett militari u l-iżvilupp matul is-snin; jitkellem ukoll dwar il-kollezzjoni tal-buttini u l-isfidi li sab biex flimkien mal-Prof. George Cassar ippubblikaw it-tieni ktieb tiegħu - buttini ta’ kull forma li ntlibsu fuq l-uniformijiet f’Malta mhux biss fil-militar iżda wkoll ċivili. Jitkellem ukoll dwar it-tpinġijiet u l-arti li hemm mal-ħitan tal-Main Guard, Misraħ il-Palazz. Lejn tmiem il-programm, Denis jiffoka fuq il-Mandraġġ fil-Belt, propju l-istudju tal-maġisteru tiegħu - suġġett interessanti ħafna li fih ħafna x’wieħed jgħid.
Description: Produzzjoni u preżentazzjoni ta’ Noel D’Anastas fuq NET FM
URI: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/132693
Appears in Collections:Mill-Arkivji (Radio programme)

Files in This Item:
File Description SizeFormat 
Mill-Arkivji 89 Denis Darmanin edited 23 FEB 2025.mp386.98 MBUnknownView/Open


Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.