Please use this identifier to cite or link to this item: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/133679
Title: Mill-Arkivji : Programme 90 : Vince Peresso
Authors: D'Anastas, Noel
Peresso, Vincent
Keywords: Mill-Arkivji (Radio program)
Documentary radio programs -- Malta -- 21st century
Archives -- Malta
Malta -- History -- Sources
Malta -- Archival resources
Peresso, Vincent, 1948-
National Archives of Malta
Passports -- Malta -- History
Emigration and immigration -- Economic aspects
Malta -- Emigration and immigration -- History -- 20th century
Malta -- Genealogy
Photographs as information resources
Photographs in genealogy
Manners and customs
Malta -- Sociali life and customs
Issue Date: 2025-03-02
Citation: D'Anastas, N. & Peresso, V. (2025, March 2). Mill-Arkivji : Programme 90 : Vince Peresso [Radio broadcast]. NET FM
Abstract: Mistieden fil-programm ‘Mill-Arkivji’ tat-2 ta’ Marzu 2025 huwa s-Sur Vincent Peresso li kien kemm-il darba mistieden f’dan il-programm b’suġġetti varji. Vince huwa parti mill-għamara fis-sala tal-qari fl-Arkivji Nazzjonali. Huwa ex-għalliem, u ex-surmast. Iħobb ħafna l-istorja mhux biss ta’ Ħal Qormi fejn ilu jgħix hemm għal madwar ħamsin sena, iżda għandu interess kbir għall-istorja ta’ pajjiżna. Irriċerka diversi fondi arkivistiċi, kiteb diversi artikli u dak li jsib interessanti fl-arkivji jaqsmu mal-eluf ta’ ħbieb li għandu fuq il-paġna ta’ facebook, bit-titlu Historical Research Sharing Activity created by Vince Peresso. Fil-programm tal-lum, Vince se jaqsam magħna l-esperjenzi ta’ riċerka li għamel fuq l-applikazzjonijiet tal-passaporti, eluf ta’ applikazzjonijiet li jinsabu preservati u aċċessibbli fl-Arkivji Nazzjonali. Dawn jitfghu dawl fuq l-istorja tal-emigrazzjoni, storja soċjali, kif ukoll storja tal-fotografija f’pajjiżna, ħajr għall-eluf ta’ ritratti annessi mal-istess applikkazzjoni għall-passaport. Dawn id-dokumenti huma sors tajjeb għall-ġeneoloġija u tagħrif dwar l-antenati. Dawn l-applikazzjonijiet għall-passaporti jinsabu wkoll fuq is-sit ta’ Archives Portal Europe. FIl-preżent is-Sur Peresso qed jirriċerka l-applikazzjonijiet tal-passaporti tal-1948. Għala għażel dik is-sena? Huwa jgħid li tul dan il-vjaġġ ta’ riċerka u kurżita, iltaqgħa ma’ għad kbir ta’ applikazzjonijiet ta’ personaġġi magħrufa, fosthom missier il-Perit Duminku Mintoff, Nerik Mizzi, Censu Tabone, Agatha Barbara u oħrajn. Fejn kienu qed issiefru l-Maltin? Jgħid li bosta għalliema femminili fil-vaganzi tas-sajf kienu qed immorru pellegrinaġġ f’Lourdes, liema mawra kienet toħodhom f’diversi pajjiżi. Kienet iddum kważi xahar. Peresso jirrimarka li kien hemm ħafna irġiel li kienu qed imorru jfittxu xogħol imbagħad jiġu lura u jieħdu magħhom lill-familja. Jgħid li qabel id-destinazzjoni għax-xogħol kienet fl-Afrika ta’ Fuq iżda imbagħad bdew immorru lejn l-Istati Uniti, Kanada u l-Awstralja. Għala Nerik Mizzi xtaq li l-emigrazzjoni tkun lejn artijiet Latini? Jitkellem ukoll fuq is-sbuħija tar-ritratti li hemm anness fuq dawn l-applikazzjonijiet, ritratti li jitfgħu u dawl fuq il-ħajja soċjali u wkoll storja tal-fotografija f’pajjiżna.
Description: Produzzjoni u preżentazzjoni ta’ Noel D’Anastas fuq NET FM
URI: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/133679
Appears in Collections:Mill-Arkivji (Radio programme)

Files in This Item:
File Description SizeFormat 
Mill-Arkivji 90 Vince Peresso edited 2 MARCH 2025.mp385.66 MBUnknownView/Open


Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.