Please use this identifier to cite or link to this item:
https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/133684| Title: | Mill-Arkivji : Programme 91 : Krystle Farrugia |
| Authors: | D'Anastas, Noel Farrugia, Krystle |
| Keywords: | Mill-Arkivji (Radio program) Documentary radio programs -- Malta -- 21st century Archives -- Malta Malta -- History -- Sources Malta -- Archival resources Farrugia, Krystle Art -- Collectors and collecting Engraving -- Collectors and collecting Mdina Metropolitan Cathedral Museum (Mdina, Malta). Count Saverio Marchese Collection Marchese, Saverio, Count, 1757-1833 -- Art collections Church of the Annunciation (Mdina, Malta) Carmelites -- Malta -- History Perellos y Rocafull, Ramon, 1637-1720 |
| Issue Date: | 2025-03-09 |
| Citation: | D'Anastas, N. & Farrugia, K. (2025, March, 9). Mill-Arkivji : Programme Programme 91 : Krystle Farrugia [Radio broadcast]. NET FM |
| Abstract: | Fil-programm ‘Mill-Arkivji’ tad-9 ta’ Marzu 2025 se niltaqgħu ma’ Krystle Farrugia li ħa tkellimna fuq ir-riċerka li għamlet fuq il-knisja tal-Karmnu fl-Imdina, kif ukoll fuq il-kollezzjoni ta’ inċiżżјonijiet li kellu l-Konti Saverio Marchese. Krystle Farrugia hija kandidata għad-dottorat fl-Institute of English Studies fl-School of Advanced Study fl-Università ta’ Londra. L-istudju tagħha jiffoka fuq il-kollezzjoni ta’ inċiżżjonijiet li kellu l-Konti Saverio Marchese li llum tinsab preservata fil-Mużew tal-Kattidral fl-Imdina. Dan huwa l-ewwel proġett ta’ riċerka fuq skala kbira fuq il-kollezzjonijiet ta’ inċiżżjonijiet f’Malta. Ir-riċerka tagħha tinkludi l-katalogar ta’ aktar minn 4000 inċiżżjoni, u l-analiżi tas-suq tal-istampar f’Malta fejn parti mir-riċerka tagħha hija ffukata fuq l-inventarji. Hija għandha baċċellerat fl-istorja tal-arti li hija ffukat fuq l-istorja tal-Knisja tal-Karmnu fl-Imdina u l-arti li nsibu fiha. Għandha maġisteru wkoll mill-Fakulta tal-Arti fid-Dipartiment tal-Istorja tal-Arti fl-Università ta' Malta. Taħdem bħala kuratur fil-MUŻA, il-Mużew Nazzjonali tal-Arti ta’ Malta fil-Belt Valletta, u tmexxi proġett diġitali iffinanzjat mill-inizjattiva ‘The Paper Project’ tal-Fondazzjoni Getty. Hija involuta wkoll fi proġett ta’ riċerka internazzjonali dwar incunabula f’Malta li huwa appoġġjat mill-Bibliographical Society of America. Min kien il-Konti Saverio Marchese? Min fejn kien qed jibni l-kollezzjoni tiegħu? X’kellhu interessanti? Farrugia tagħti ħarsa dettaljata dwar ix-xena artistika ta’ żmienu u kif dan ix-xenarju ħalla rifless artistiku fil-kollezzjoni artistika li kellu. Hija tittratta l-kollezzjoni ta’ Dürer fil-Mużew tal-Kattidral kif ukoll diversi inċiżżjonijiet li jinsabu f’dan il-Mużew. Hija tgħid kif bil-paċenzja daret dawn l-inċiżżjonijiet, ikkatalogathom u għamlet studju fuqhom. Titkellem ukoll dwar il-knisja tal-Karmnu fl-Imdina u l-importanza li kellha fl-istorja ta’ Malta, b’referenza għat-terrimot tal-1693, l-imblokk tal-Franċiżi, u t-Tieni Gwerra Dinjija. X'wassal li l-Karmelitani daħlu l-Imdina? Kif kien il-pussess u l-ingress tal-Gran Mastru Perellos? Titkellem ukoll dwar riċerka li għamlet fuq xogħlijiet artistiċi li nsibu f’din il-knisja, fosthom xogħlijiet ta’ Mattia Preti, Erardi, Bellanti, Cali, Pietro Paolo Troisi, u l-iskultura tal-istatwa minn Andrea Imbroll. |
| Description: | Produzzjoni u preżentazzjoni ta’ Noel D’Anastas fuq NET FM |
| URI: | https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/133684 |
| Appears in Collections: | Mill-Arkivji (Radio programme) |
Files in This Item:
| File | Description | Size | Format | |
|---|---|---|---|---|
| Mill-Arkivji 91 Krystle Farrugia edited 9 MARCH 2025.mp3 | 85.18 MB | Unknown | View/Open |
Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.
