Please use this identifier to cite or link to this item:
https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/133699| Title: | Mill-Arkivji : Programme 92 : Anton Quintano |
| Authors: | D'Anastas, Noel Quintano, Anton |
| Keywords: | Mill-Arkivji (Radio program) Documentary radio programs -- Malta -- 21st century Archives -- Malta Malta -- History -- Sources Malta -- Archival resources Quintano, Anton, 1956- Historians -- Malta -- Biography Malta -- History, Naval -- 18th century Malta -- History -- Knights of Malta, 1530-1798 Fort Ricasoli (Kalkara, Malta) -- History Ships -- Malta -- History -- 18th century Casolani, Henry, 1917-1999 Casolani, Inez, 1915-1992 Married people -- Religious life -- Malta -- Biography Laity -- Catholic Church -- Biography |
| Issue Date: | 2025-03-23 |
| Citation: | D'Anastas, N. & Quintano, A. (2025, March, 23). Mill-Arkivji : Programme Programme 92 : Anton Quintano [Radio broadcast]. NET FM |
| Abstract: | Il-mistieden fil-programm ‘Mill-Arkivju’ tat-23 ta’ Marzu 2025 huwa s-Sur Anton Quintano. Quintano huwa storiku, ex-edukatur li għallem il-Ġeografija fil-livell terzjarju u kien Kap tad-Dipartiment tal-Ġeorgrafija sal-irtirarr tiegħu fl-2017. Għandu baċċellerat, maġisteru kif ukoll diploma fl-amministrazzjoni edukattiva. Quintano huwa membru ta’ diversi għaqdiet volontarji li jippromwovu l-Istorja u l-wirt ta’ Malta. Huwa kkontribwixxa b’għad ta’ artikli u papers għal Heritage, Sacra Militia Foundation u Melita Historica. Il-kotba u l-artikli tiegħu dwar l-iskwadra marittima tal-Ordni ta’ San Ġwann li kisbulu reputazzjoni bħala storiku marittimu ta’ skala internazzjonali. Ippubblika wkoll kotba u artikli li jittrattaw l-istorja tal-Forti Ricasoli, il-belt twelidu Raħal Ġdid, is-swar u l-militar in ġenerali, kif ukoll l-istorja soċjali. Huwa promotur tal-kunċett Braudelian tal-importanza tal-ġeografija f'avvenimenti u esperjenzi storiċi. Huwa ppubblika wkoll il-bijografija spiritwali tal-Qaddejja ta’ Alla, il-koppja Henry u Inez Casolani, kemm bil-Malti (2004) kif ukoll bl-Ingliż (2005). Il-kawżi tagħhom għall-Beatifikazzjoni u l-Kanonizzazzjoni għadha kemm ġiet meħuda f’Ruma u Anton huwa viċi-postulatur tal-kawżi tagħhom. Huwa jirrakonta kif bdiet ir-riċerka fuq il-Forti Ricasoli wara li l-Prof Godfrey Wettinger kien qallu li jista’ jsib diffikulta biex isib id-dokumentazzjoni. Quintano beda jqalleb il-volumi fil-Bibljoteka u kiteb it-teżi tiegħu fuq il-Forti Ricasoli u wara ppubblika. B’mod l-aktar dettaljat, Quintano jgħid kif wettaq ir-riċerka fuq il-bastimenti tal-iskwadra marittima tal-Ordni ta’ San Ġwann matul is-seklu 18. Jagħti wkoll dettalji dwar liema kienu l-aktar bastimenti li l-Ordni għamel użu minhom fit-taqbid. Lejn tmiem il-programm jitkellem fuq ir-riċerka u l-kompilazzjoni ta’ dokumenti li ħadmet fuqhom martu għall-Beatifikazzjoni u l-Kanonizzazzjoni tal-qaddejja t’Alla, il-koppja Henry u Inez Casolani. Min kienu dawn? X’impenn kellhom fis-soċjetà ta’ madwarhom? |
| Description: | Produzzjoni u preżentazzjoni ta’ Noel D’Anastas fuq NET FM |
| URI: | https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/133699 |
| Appears in Collections: | Mill-Arkivji (Radio programme) |
Files in This Item:
| File | Description | Size | Format | |
|---|---|---|---|---|
| Mill-Arkivji 92 Anton Quintano edited 23 MARCH 2025.mp3 | 83.74 MB | Unknown | View/Open |
Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.
