Please use this identifier to cite or link to this item: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/134222
Title: Ir-rikostruzzjoni lingwistika f'''Ħelsien''
Authors: Dalli, Charles
Keywords: Bonnici, Ġużè, 1907-1940. Ħelsien -- Criticism and interpretation
New Historicism
Social classes in literature
Maltese literature -- 20th century
Maltese poetry -- 20th century
Realism in literature
Issue Date: 1990
Publisher: Għaqda tal-Malti (Universita’)
Citation: Dalli, C. (1990). Ir-rikostruzzjoni lingwistika f'''Ħelsien''. Leħen il-Malti, 25-26, 35-36.
Abstract: Kull ġeneru tal-letteratura hu mibni fuq rikostruzzjoni tar-realta, fis-sens li l-artist isarraf dik ir-realta f'sensiela t'assoċjazzjonijiet ġodda ta' l-elementi qodma. Fil-loġika tan-normalita dawn l-elementi jsibu posthom mod ieħor. Jekk nithmu xogħol il-kittieb b' dan ilmod, nistgħu ngħidu li kitbietu jagħtuna tiġdid rikostruttiv tar-realta li ngħixu fiha. Biss hawnhekk qed nuża l-kelma "rikostruzzjoni" f sens iżjed ristrett u speċifiku: mhux ir-rikostruzzjoni tar-realta, imma r-rikostruzzjoni tar-realta lingwistika. Il-kittieba Maltin ta' l-ewwel nofs ta' dan is-seklu, li komplew fuq l-ewwel sforzi ta' dawk ta' qabilhom, stabbilew kemm il-lingwa standard Maltija kif ukoll il-possibbilta ta' devjazzjoni minn dik il-lingwa standard biex tinbena l-lingwa letterarja. Dan hu, fil-fehma tiegħi, kontribut ewlieni li taw nies bħal Dun Karm lill-pajjiż: li "tawh" lingwa standard u fl-istess waqt iddevjaw minnha biex tawh l-arti bi lsienu. F' dan is-sens, l-isforzi ta' kittieba bħal Ġuże Bonnici kienu mfasslin biex il-lingwa letterarja "tissaffa" mill-elementi kollha li m 'humiex Semitiċi. Din it-tisfija li ppruvaw jagħmlu kienet ibbażata fuq viżjoni tal-lingwa standard kif, fil-fehma tagħhom, kellha tkun, u l-programm lingwistiku tagħhom ifakkarna fl-isforzi ta' Romantiċi ewlenin, fosthom Herder u Fichte, biex jagħmlu l-istess ħaġa fil-każ tal-Ġermaniż seklu qabel.
URI: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/134222
Appears in Collections:Leħen il-Malti (1990) - Għadd 25-26 (Ħarġa Speċjali)
Leħen il-Malti (1990) - Għadd 25-26 (Ħarġa Speċjali)

Files in This Item:
File Description SizeFormat 
Ir_rikostruzzjoni_lingwistika_f_Ħelsien'.pdf138.32 kBAdobe PDFView/Open


Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.