Please use this identifier to cite or link to this item:
https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/134539| Title: | Malti.B2 : ktieb ta' taħriġ |
| Authors: | Camilleri Grima, Antoinette Abela, Raisa |
| Keywords: | Second language acquisition Maltese language -- Acquisition Maltese language -- Study and teaching -- Malta Maltese language -- Study and teaching -- Foreign speakers Maltese language -- Textbooks for foreign speakers |
| Issue Date: | 2024 |
| Publisher: | Schola Publications |
| Citation: | Camilleri Grima, A., & Abela, R. (2024). Malti.B2 : ktieb ta' taħriġ. Malta: Schola Publications |
| Abstract: | Dan il-ktieb ta' taħriġ jimxi b'mod parallel ma' Malti.B 2 - ktieb tal-istudent. L-għan tal-ktieb ta' taħriġ huwa li joffri lill-għalliema u lill-istudenti materjal addizzjonali. Dan jista' jintuża fil-klassi jew bħala xogħol għad-dar biex jirfed dak li jkun sar fil-klassi. Dan it-taħriġ joffri għajnuna f'każ li tkun trid tfannad, tagħmel reviżjoni jew inkella għal dawk l-istudenti li jkollhom bżonn aktar xogħol x'jagħmlu għal diversi raġunijiet. Fih ukoll l-idea ta' ripetizzjonijiet, għaliex dan huwa neċessarju meta qed ngħallmu lingwa ġdida mill-bidu. Ir-ripetizzjoni fit-taħriġ isservi ta' tisħiħ tat-tagħlim. Minkejja li fil-maġġoranza tiegħu l-ktieb ta' taħriġ huwa bbażat fuq il-kitba, l-għalliema għandha dejjem tinkuroġġixxi lill-istudenti sabiex l-eżempji jaqrawhom u jipprattikawhom bit-taħdit , għaliex dawn il-ħiliet huma daqstant importanti u tajjeb li jkunu inklużi f'kull lezzjoni. F'dan il-ktieb ta' taħriġ hemm eżerċizzji bi stampi li l-istudenti jridu jiktbu l-kliem taħthom. Wieħed jinnota li minkejja li fil-maġġoranza tiegħu l-materjal huwa l-istess bħal dak li nsibu fil-ktieb tal-istudent, f'ċerti eżerċizzji hemm żieda ta' xi vokabolarju u stampi. Dan sabiex l-istudenti jkollhom l-opportunità li jitgħallmu kliem i eħor marbut mal-istess tema filwaqt li jsaħħu dak li jkunu diġà tgħallmu jew koprew fil-lezzjoni jew f'lezzjonijiet qabel. L-eżerċizzji ta' dan il-ktieb huma maħsuba sabiex jagħtu pjaċir lill-istudenti dment li l-għalliema jagħrfu jagħtu ħajja lil-lezzjonijiet, pereżempju billi jinvolvu lill-istudenti permezz ta' konverżazzjoni jew attività, filwaqt li jkunu qed jagħmlu reviżjoni u jikkonsolidaw dak li jkun diġà sar f 'kull tema. |
| URI: | https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/134539 |
| ISBN: | 9789918607341 |
| Appears in Collections: | Scholarly Works - FacEduLHE |
Files in This Item:
| File | Description | Size | Format | |
|---|---|---|---|---|
| Malti.B2_ktieb_ta_taħriġ.pdf Restricted Access | 1.75 MB | Adobe PDF | View/Open Request a copy |
Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.
