Please use this identifier to cite or link to this item:
https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/135009| Title: | L-Apokalissi (6) |
| Authors: | Buttigieg, Charles |
| Keywords: | Bible. Revelation -- Criticism, interpretation, etc. Apocalyptic literature |
| Issue Date: | 2025 |
| Publisher: | Kummissarjat Tal-Qabar Ta' Kristu F'Malta |
| Citation: | Buttigieg, C. (2025). L-Apokalissi (6). Leħen l-Art Imqaddsa, 46(227), 15-25. |
| Abstract: | Fl-Apokalissi hemm issimboliżmu antropoloġiku jew antropomorfiku, jigifieri dwar il-bniedem. Naraw li l-bniedem hu ruħ (‘psuche’ li nsibuha 7 darbiet); hu persuna korporja (‘soma’ f ’18:13) u li għandu d-demm (‘haima’) li jagħti l-ħajja tiegħu. Naraw ukoll is-simboliżmu marbut mal-ilbies (il-libsa ‘teila’ f ’1:13): “Imbierek minn jishar, u jħares ilbiesu, biex ma jimxix għarwien u juri l-għera tiegħu” (16:5); u l-pożizzjoni li jieħu dak ikun bħal bil-wieqfa (‘istemi’) jew bilqiegħda, fuq kollox il-partijiet tal-ġisem tal-bniedem bħal: ras, wiċċ, id, xagħar, vuċi, u snien. Insemmu ukoll hawnhekk l-ilbies tal-bniedem, il-mantar (‘himation’), il-mantar imċappas bid-demm f ’19:16 u l-libsa bajda f ’6:11 (‘stole’, 5 darbiet, anke f ’Mikeja 16:5 insibu ‘stole leuke’). Naraw l-ilbies tal-ixkejjer f ’11:3: “Imma liż-żewġ xhieda tiegħi nagħtihom li, bl-ilbies tax-xkejjer fuqhom, iħabbru għal elf, mitejn u sittin jum.” Hemm il-mara (‘gune’) f ’12:1-17, il-mara żienja (17:3-21) u l-għarusa tal-ħaruf (21:9). Imsemmija hawnhekk il-Mara b’rabta mal-Madonna u mal-Knisja (ara 18,23 u 22:17). Hemm il-belt (‘polis’) li hija msemmija 27 darba b’rabta ma’ Ġerusalemm (21:14). It-tempju ‘naos’ (il-qalba tat-tempju) jissemma 16-il darba, qatt ma nsibu ‘hieron’ tas-sinottiċi, altar 8 darbiet, ċensier darbtejn u inċens 4 darbiet. Rigward dan Charpentier fl-1982 jikteb: “the Book of Revelation, the Apocalypse, is a book of fire and blood in the image of our world.” |
| URI: | https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/135009 |
| Appears in Collections: | Leħen l-Art Imqaddsa : Numru 227 : Jannar-Marzu : 2025 |
Files in This Item:
| File | Description | Size | Format | |
|---|---|---|---|---|
| L_Apokalissi.pdf | 1.04 MB | Adobe PDF | View/Open |
Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.
