Please use this identifier to cite or link to this item:
https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/137512| Title: | Mill-Arkivji : Programme 95 : Martin Hampton |
| Authors: | D'Anastas, Noel Hampton, Mario |
| Keywords: | Mill-Arkivji (Radio program) Documentary radio programs -- Malta -- 21st century Archives -- Malta Malta -- History -- Sources Malta -- Archival resources Hampton, Martin Genealogy Malta -- Genealogy Volunteer workers in libraries -- Malta Friends of the National Archives of Malta National Archives of Malta |
| Issue Date: | 2025-04-13 |
| Citation: | D'Anastas, N. & Hampton, M. (2025, April 13). Mill-Arkivji : Programme Programme 95 : Martin Hampton [Radio broadcast]. NET FM |
| Abstract: | Fil-programm ‘Mill-Arkivji’ tat-13 ta’ April 2025 ħa niltaqgħu mas-Sur Martin Hampton, li f’dawn l-aħħar 20 sena ta ħinu għall-volontarjat, b’mod partikolari fil-ħidma li wettaq mal-Ħbieb tal-Arkivji Nazzjonali. Illum li Martin Hampton huwa rtirat għandu aktar ħin għar-riċerka. F’dan il-programm, Martin Hampton se jkellimna fuq ir-riċerka li għamel fuq l-istorja tal-familja, l-arblu tar-razza tal-kunjom Hampton u kif din il-familja ġiet tgħix hawn Malta. Liema huma dawk is-sorsi arkivistiċi li wieħed għandu juża biex jibni l-arblu tar-razza? Fit-tieni parti tal-programm, Martin jitkellem dwar l-esperjenza tiegħu fil-volontarjat, speċjalment fil-Ħbieb tal-Arkivji Nazzjonali li din is-sena qed tagħlaq 25 sena mit-twaqqif tagħha. Kif bdiet din l-Għaqda u x’kontribut qed tagħti għall-Arkivji Nazzjonali? Is-Sur Martin Hampton ħa l-edukazzjoni tiegħu fl-iskola primarja ta’ Santa Monika, u wara fil-kulleġġ ta’ San Alwiġi. Kompla bl-istudji post-sekondarji fil-Junior College u fl-1975 daħal jaħdem fis-Servizz Ċivili fejn dam sal-1993. Wara 18-il sena maċ-Ċivil, ħass li għandu jieħu esperjenzi oħra fis-settur privat, u minn hemm sakemm irtira ħadem ma’ żewġ kumpaniji. Fl-2005, daħal l-Università fejn temm b’suċċess kors ta’ sentejn li waslu biex jikseb diploma fl-Arkivji u Records Management. Wara l-irtirar kompla jimpenja ruħu f’żewġ għaqdiet volontarji (Ħbieb tal-Arkivji Nazzjonali u Ħbieb ta’ Villa Frere). Huwa miżżewweġ u għandu 4 itfal. |
| Description: | Produzzjoni u preżentazzjoni ta’ Noel D’Anastas fuq NET FM |
| URI: | https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/137512 |
| Appears in Collections: | Mill-Arkivji (Radio programme) |
Files in This Item:
| File | Description | Size | Format | |
|---|---|---|---|---|
| Mill-Arkivji 95 Martin Hampton edited 13 APRIL 2025.mp3 | 85.91 MB | Unknown | View/Open |
Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.
