Please use this identifier to cite or link to this item:
https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/137523| Title: | Mill-Arkivji : Programme 97 : Daniel Cilia |
| Authors: | D'Anastas, Noel Cilia, Daniel |
| Keywords: | Mill-Arkivji (Radio program) Documentary radio programs -- Malta -- 21st century Archives -- Malta Malta -- History -- Sources Malta -- Archival resources Cilia, Daniel, 1963- Photographers -- Malta -- Biography Photography -- Malta -- 21st century Applied photography Photography, Artistic Photography in art |
| Issue Date: | 2025-04-27 |
| Citation: | D'Anastas, N. & Cilia, D. (2025, April 27). Mill-Arkivji : Programme 97 : Daniel Cilia [Radio broadcast]. NET FM |
| Abstract: | Il-mistieden fil-programm ‘Mill-Arkivji’ tas-27 t’ April 2025 huwa s-Sur Daniel CIlia, fotografu, awtur u pubblikatur. Daniel Cilia ilu involut fil-fotografija sa minn meta kellu 13-il sena. L-ewwel wirja ewlenija tiegħu saret fil-Mużew tal-Arti fil-Belt Valletta fl-1986. F’dik l-istess sena, ingħata l-Liċenzjat tar-Royal Photographic Society. Sussegwentement, iddeċieda li jħalli l-professjoni tiegħu ta’ infermier u fl-1988, mar jgħix Firenze biex ikompli jsegwi l-karriera tiegħu fil-fotografija. Huwa għallem fl-Akkademja Nazzjonali tal-Arti ta' Oslo fin-Norveġja, u wara serva bħala l-kap tad-Dipartiment Fotografiku fl-Istitut tal-Arti ta' Firenze, Lorenzo de Medici, mill-1990 sal-1995. Fl-2008, il-ktieb fotografiku ta’ Cilia bl-isem ‘Gorgeous Gozo’ irċieva l-premju għall-aħjar ktieb (ritratti u disinn) ippreżentat mill-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb f’Malta. Fl-istess sena, l-Istitut Malti tal-Fotografija Professjonali tah il-Premju ta’ Rikonoxximent għall-kontribut tiegħu għall-Arti Fotografika f’Malta. Fl-2010, Cilia ġie onorat bil-Premju Ġieħ Għawdex għall-kontribut tiegħu lill-gżira Għawdxija permezz tal-kotba u l-pubblikazzjonijiet tiegħu. Fl-istess sena, il-ktieb tiegħu bit-titlu ‘Panoramic Malta & Gozo’, li ġie tradott għat-Taljan, il-Franċiż u l-Ġermaniż, rebaħ l-ewwel premju fil-kategorija tiegħu (l-aħjar ktieb f’lingwa barranija) mill-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb f’Malta. Tul is-snin, huwa ġie rikkonoxxut b’aktar unuri, fosthom dak ta’ sena ilu minn Fra’ John T. Dunlap, Gran Mastru tal-Ordni Sovran Militari ta’ San Ġwann ta’ Malta li għamel lil Cilia Uffiċjal tal-Ordni pro Merito Melitensi tal-Ordni Ospitarju ta’ San Ġwann. Cilia esebixxa personalment f’aktar minn 50 wirja f’Malta u barra, u x-xogħol fotografiku tiegħu ġie ppubblikat f’numru ta’ kotba u rivisti, kemm f’Malta kif ukoll barra. Matul l-aħħar ħamsa u tletin sena, Cilia speċjalizza fid-disinn fotografiku editorjali li jgħaqqad il-fotografija tiegħu mad-disinn tal-kotba. Sal-lum Cilia hadem fuq 155 pubblikazzjoni. Daniel Cilia ħa jgħid x’wassal li ħa l-fotografija bis-serjetà. X’kienet l-ewwel camera? Liema hu l-aktar ritratt favorit tiegħu? Huwa jirrakonta diversi esperjenzi fir-riċerka tiegħu kif ukoll il-fotografija għal bosta pubblikazzjonijiet li għamel, fosthom dawk marbuta mal-istorja. Wieħed mill-kotba l-aktar għal qalbu li fih insibu l-fotografija tiegħu huwa ‘Maltese Archives …… my choice’ ta’ Dr. Charles J. Farrugia, Arkivista Nazzjonali. Kif kienet din l-esperjenza li dar l-arkivji biex ġibed ir-ritratti? X’ritratti nsibu li jiddokumentaw ġrajjietna u s-sens ta’ Identità Nazzjonali? |
| Description: | Produzzjoni u preżentazzjoni ta’ Noel D’Anastas fuq NET FM |
| URI: | https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/137523 |
| Appears in Collections: | Mill-Arkivji (Radio programme) |
Files in This Item:
| File | Description | Size | Format | |
|---|---|---|---|---|
| Mill-Arkivji 97 Daniel Cilia edited 27 APRIL 2025.mp3 | 86.61 MB | Unknown | View/Open |
Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.
