Please use this identifier to cite or link to this item: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/137541
Title: Mill-Arkivji : Programme 98 : Yosanne Vella
Authors: D'Anastas, Noel
Vella, Yosanne
Keywords: Mill-Arkivji (Radio program)
Documentary radio programs -- Malta -- 21st century
Archives -- Malta
Malta -- History -- Sources
Malta -- Archival resources
Vella, Yosanne
History teachers -- Malta
History -- Study and teaching -- Malta
Mdina Metropolitan Archives (Mdina, Malta)
National Archives of Malta
Malta -- History -- French occupation, 1798-1800
Women -- Malta -- History -- 18th century
Issue Date: 2025-05-04
Citation: D'Anastas, N. & Vella, Y. (2025, May 4). Mill-Arkivji : Programme 98 : Yosanne Vella [Radio broadcast]. NET FM
Abstract: Fil-programm ‘Mill-Arkivji’ tal-4 ta’ Mejju 2025 se niltaqgħu mal-Prof. Yosanne Vella. Hija se tkellimna fuq ir-riċerka li għamlet tul is-snin, mis-snin tmenin tad-dissertazzjoni tal-B.Educ. sal-lum, b’diversi pubblikazzjonijiet. Yosanne Vella hija Professur fl-Università ta’ Malta u l-koordinatur tal-Istorja u l-Istudji Soċjali tal-Fakultà tal-Edukazzjoni. Kisbet l-ewwel grad tagħha Baċellerat fl-Edukazzjoni mill-Università ta’ Malta fl-1984, Masters u MPhil mill-Università ta’ Londra fl-1991 u 1996 rispettivament, u d-dottorat mill-University of the West of England ta’ Bristol fl-2002. L-ispeċjaliżżazzjoni tal-qasam tagħha hija l-pedagoġija tal-Istorja. Hija tgħallem studenti universitarji. Kienet għalliema tal-Istorja għal numru ta’ snin kemm f’Malta kif ukoll fl-Ingilterra. Il-Prof. Vella hija associate editor tal-“International Journal of Historical Learning Teaching and Research” ippubblikat mill-Università ta’ Exeter. Hija kitbet diversi kotba, textbooks u papers akkademiċi dwar it-tagħlim tal-istorja. L-oqsma tar-riċerka tagħha jiffokaw prinċipalment fuq is-sejba ta’ pedagoġija tal-istorja effettiva li tinvolvi l-ħsieb u l-fehim tal-istorja tat-tfal. Bħalissa hija l-President tal-Assoċjazzjoni Maltija tal-Għalliema tal-Istorja. Fl-Awstralja hija tat diversi preżentazzjonijiet f’diversi Universitajiet u skejjel. Prof. Vella se tkellimna fuq ir-riċerka li għamlet b’mod partikolari għall-pubblikazzjonijiet ‘Once upon a time in 1798, 1799, 1800: forgotten stories from the French period’, ‘Women in 18th Century Malta’, u ‘Discovering women's history in Malta’ li tiegħu kienet editriċi kif ukoll fuq ir-riċerka li għamlet fl-Awstralja. X’wassalha li bdiet tistudja l-istorja b’mod partikolari l-pedagoloġija tal-istorja? X’esperjenzi ta’ riċerka kellha f’diversi arkivji, fosthom fl-Arkivji tal-Katidral fuq id-dokumenti tal-Inkwiżizzjoni fil-bidu tal-vjaġġ tagħhha? Għala irriċerkat fuq in-nisa? X’sabet fl-Arkivji Nazzjonali marbut mal-ħajja soċjali tan-nisa matul is-seklu 18? X’dokumenti sabet b’mod l-aktar interessanti fuq il-ħajja tal-Maltin u l-mara fl-Epoca Gallica? Fl-Awstralja kien hemm Maltin bi storja kriminali?
Description: Produzzjoni u preżentazzjoni ta’ Noel D’Anastas fuq NET FM
URI: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/137541
Appears in Collections:Mill-Arkivji (Radio programme)

Files in This Item:
File Description SizeFormat 
Mill-Arkivji 98 Prof. Yosanne Vella edited 4 May 2025.mp386.78 MBUnknownView/Open


Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.