Please use this identifier to cite or link to this item:
https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/137735| Title: | Mill-Arkivji : Programme 99 : André P. Debattista |
| Authors: | D'Anastas, Noel DeBattista, André P. |
| Keywords: | Mill-Arkivji (Radio program) Documentary radio programs -- Malta -- 21st century Archives -- Malta Malta -- History -- Sources Malta -- Archival resources Debattista, André P. National characteristics Sette Giugno, 1919 Mintoff, Dom, 1916-2012 Fenech Adami, Edward, 1934- Strickland, Mabel, 1899-1988 Malta -- Politics and government -- History -- 20th century |
| Issue Date: | 2025-05-11 |
| Publisher: | D'Anastas, N. & Debattista, A.P. (2025, May 11). Mill-Arkivji : Programme 99 : André P. Debattista [Radio broadcast]. NET FM |
| Abstract: | Fil-programm ‘Mill-Arkivji’ tal-11 ta’ Mejju 2025 se niltaqgħu ma’ Dr. André P. DeBattista li se jkellimna fuq ir-riċerka li għamel kif ukoll dwar il-pubblikazzjonijiet. Huwa jitkellem dwar in-narrattivi tal-identità nazzjonali u t-tiswir ta’ stat sovran matul l-ewwel 40 sena mill-kisba tal-Indipendenza. X’jagħmel is-sens ta’ identità nazzjonali? Barra l-lingwa, huwa jagħti diversi eżempji. DeBattista jitkellem ukoll dwar ir-Reliġjon u d-dinja ta’ wara l-Gwerra l-Kbira u l-kuntest Politiko-Reliġjuż tas-sehem tal-Knisja fis-‘Sette Giugno’. X’impatt ħalla s-Sette Giugno fuq Malta u l-Ingilterra? Matul din is-siegħa, Dr. André P. DeBattista jittratta l-persważjoni u kariżma li kellhom Dom Mintoff u Dr. Eddie Fenech Adami. Kif kien id-diskors tagħhom u x’influwenza ħallew? Jiddiskuti wkoll is-sehem ta’ Mabel Strickland fil-politika Maltija. Lejn tmiem il-programm, DeBattista jitkellem dwar it-taħdita pubblika li se jagħti fl-Arkivju Nazzjonali fir-Rabat nhar id-29 ta’ Mejju bit-titlu ‘Papal Visits to Malta and the Maltese National Narrative’. Għala l-Papiet f’Malta dejjem żaru l-grotta ta’ San Pawl fir-Rabat? Dr. André P DeBattista huwa studjuż tal-politika u akademiku. Ftit tax-xhur ilu ġie mogħti d-dottorat mill-Università ta’ Malta. Huwa jgħallem fl-Istitut għall-Istudji Ewropej, kif ukoll fl-Istitut tal-Istudji Maltin fl-Università ta’ Malta. Huwa wkoll Research Associate fiċ-Ċentru Wilfried Martens għall-Istudji Ewropej fi Brussell fejn kien Visiting Fellow bejn l-2021 u l-2022. Minn l-2024 huwa koordinatur tas-serje ta’ konferenzi pubbliċi organizzata mil-Librerija Nazzjonali ta’ Malta. Kiteb bosta papers akademiċi u numru ta’ kummentarji fil-gazzetti u siti elettroniċi. Huwa membru tal-Political Studies Association (UK) u Fellow tar-Royal Society of Arts. |
| Description: | Produzzjoni u preżentazzjoni ta’ Noel D’Anastas fuq NET FM |
| URI: | https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/137735 |
| Appears in Collections: | Mill-Arkivji (Radio programme) |
Files in This Item:
| File | Description | Size | Format | |
|---|---|---|---|---|
| Mill-Arkivji 99 Dr. Andre P DeBattista edited 11 MAY 2025.mp3 | 86.69 MB | Unknown | View/Open |
Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.
