Please use this identifier to cite or link to this item: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/137739
Title: Mill-Arkivji : Programme 100 : Matthew Vella
Authors: D'Anastas, Noel
Vella, Matthew
Keywords: Mill-Arkivji (Radio program)
Documentary radio programs -- Malta -- 21st century
Archives -- Malta
Malta -- History -- Sources
Malta -- Archival resources
Vella, Matthew
Maltese -- Great Britain
Soho (London, England) -- History -- 20th century
Soho (London, England) -- Social conditions -- 20th century
Crime -- England -- London -- History -- 20th century
Criminals -- Great Britain
Issue Date: 2025-05-25
Citation: D'Anastas, N. & Vella, M. (2025, May 25). Mill-Arkivji : Programme 100 : Matthew Vella [Radio broadcast]. NET FM
Abstract: Fil-programm ‘Mill-Arkivji’ tal-25 ta’ Mejju 2025, se niltaqgħu mas-Sur Matthew Vella li se jkellimna fuq ir-riċerka li għamel fuq il-Maltin li stabilixxew ruħhom fl-istabbilimenti ta’ Soho f’Londra. Din ir-riċerka żvilupat fil-pubblikazzjoni ‘Passport to Vice: The Rise of London’s Maltese Syndicate and Big Frank Mifsud, from the East End to Soho’. Matthew Vella jagħti ħarsa dettaljata dwar min kienu l-protagonisti li telqu minn Malta biex sabu xortihom fl-Ingilterra u Wales f’ħajja mimlija intriċi u kriminali li kemm-il darba xellfu diffrejhom mal-liġi. Is-serq, hold-ups, kontrabandu, ġlied, prostituzzjoni u qtil kien il-ħobż ta’ kuljum għal dawn in-nies. Messina kien minn tal-bidu li mar Londra wara li kellu l-briedel fl-Eġittu u spiċċa ħażin. F’Mayfair kellu appartameni għall-prostituti. Matthew jsemmi wkoll kif il-Maltin stabbilixxew ruħhom f’Cardif, Portsmouth, Newcastle u hemm fetħu ħwienet tax-xorb, restaurants u anke kmamar apposta għall-industrija tan-nisa li kienu jaqtgħu l-aptit ta’ dawk li kienu sejrin bil-merkanzija lejn ix-xtut. Min kienu Billy Hill u Jack Spot? X’konnessjoni kellhom il-Maltin ma’ dawn l-esponenti? Għala l-pulizija ta’ Wales kienu ffissati fuq il-Maltin? Kif il-Maltin stabilixxew f’East End u Soho? Matthew jirrakonta l-istejjer ta’ Big Frank Mifsud, George Caruana, George Semini b’dan tal-aħħar illaqgħat il-piena kapitali fl-Ingilterra u tant oħrajn. Matthew jagħti dettalji ta’ kif il-Maltin qatlu lil Tommy Smitson. X’involviment kellhom Philip Ellul u Victor Spampinato f’Soho? Ġara li wara l-kummerċ kbir f’Soho, kien hemm min komplieh fi Triq Testaferrata fil-Gżira. Kif intemm ir-renju tal-Maltin f’Soho? Matthew Vella huwa gradwat fl-Antropoloġija. Beda l-karriera tiegħu fil-media bħala ġurnalist mal-gażżetta MaltaToday, fejn qatta' 20 sena hemm, 10 minnhom bħala editur eżekuttiv tal-gazzetta stampata kif ukoll dik elettronika. Tul il-karriera tiegħu, kiteb eluf ta' stejjer, fost oħrajn bi speċjaliżazzjoni fil-politika, il-kriminalità, ġurnaliżmu investigattiv, u xi ftit kummentarju soċjali u kulturali, kif ukoll rakkonti dwar l-istorja kontemporanja u riċenti Maltija. Illum jaħdem għal-rasu bħala konsulent tal-media.
Description: Produzzjoni u preżentazzjoni ta’ Noel D’Anastas fuq NET FM
URI: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/137739
Appears in Collections:Mill-Arkivji (Radio programme)

Files in This Item:
File Description SizeFormat 
Mill-Arkivji 100 Matthew Vella edited 25 MAY 2025.mp386.34 MBUnknownView/Open


Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.