Please use this identifier to cite or link to this item: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/137754
Title: Mill-Arkivji : Programme 101 : Joseph Bezzina
Authors: D'Anastas, Noel
Bezzina, Joseph
Keywords: Mill-Arkivji (Radio program)
Documentary radio programs -- Malta -- 21st century
Archives -- Malta -- Gozo
Gozo (Malta) -- History -- Sources
Gozo (Malta) -- Archival resources
Bezzina, Joseph, 1950-
National Archives of Malta. Gozo Section
Issue Date: 2025-06-08
Citation: D'Anastas, N. & Bezzina, J. (2025, June 8). Mill-Arkivji : Programme 101 : Joseph Bezzina [Radio broadcast]. NET FM
Abstract: Fil-programm ‘Mill-Arkivji’ tat-8 ta’ Ġunju 2025 se nitkellmu ma’ Rev. Dr. Joseph Bezzina minn Għawdex li għal bosta snin kien l-Arkivist tal-Kurja Episkopali ta’ Għawdex kif ukoll kien il-fundatur tal-Arkivju Nazzjonali Sezzjoni Għawdex. Dr. Bezzina se jgħidilna x’ħajru biex jistudja l-istorja u jieħu interess fir-riċerka u fl-arkivji. Kif sar arkivista tal-Kurja Episkopali ta’ Għawdex u x’kienet il-ħidma tiegħu? Ħuwa jgħid kif għal għaxar snin sħaħ ħadem f’dan l-arkivju u fassal kataloga fuq linji moderni. Huwa jkompli jgħid kif ġietu l-opportunità li fl-1989 jwaqqaf l-Arkivju Nazzjonali f’Għawdex. X’kien il-kontribut tiegħu f’dan il-qasam? Wara l-liġi l-ġdida tal-Arkivji fl-2005, Dr. Bezzina nħatar Assistent Arkivista Nazzjonali Sezzjoni Għawdex li baqa’ attiv sal-2020 f’ħidma konġunta mal-Arkivista Nazzjonali, Dr. Charles J. Farrugia. Xi diffikultajiet sab fit-twettieq ta’ din il-ħolma arkivistika Għawdxija? Matul il-programm Dr. Bezzina jitkellem fuq il-karriera tiegħu u fir-riċerka li għamel li sawruh li jippubblika diversi kotba, fosthom Religion and Politics in a Crown Colony u Storja tal-Knisja f’Malta, miż-Żminijiet Appostoliċi sas-Sena Elfejn. Rev. Dr. Joseph Bezzina twieled il-Belt Victoria, Għawdex, fl-1950. Studja fl-Università ta’ Malta; fis-Seminarju tal-Qalb ta’ Ġesù, Għawdex; u l-Università Pontifiċja Gregorjana, Ruma. Kien ordnat qassis mill-Qdusija Tiegħu l-Papa San Pawlu VI fl-1975. Għandu tliet gradi akademiċi fl-Istorja, inkluż dottorat fl-Istorja tal-Knisja. Kiseb ukoll l-Award tal-Papa, l-ogħla unur tal-Università Gregorjana, meta spiċċa l-ewwel fl-eżamijiet finali tas-sena 1982. Kien membru tas-Senat Akkademiku tal-Università Gregorjana (1976-1978) u għal sbatax-il sena Kap tad-Dipartiment tal-Istorja tal-Knisja, tal-Patroloġija, u tal-Arkeoloġija Kristjana fil-Fakultà tat-Teoloġija tal-Università ta’ Malta (1994-2011). Għallem l-Istorja tal-Knisja fl-Università; fis-Seminarju tal-Qalb ta’ Ġesù, Għawdex; u fis-Seminarju Interdjoċesan, Shkodër, l-Albanija. Kien l-Arkivist tal-Kurja Episkopali ta’ Għawdex u fl-1989 kien il-fundatur tal-Arkivju Nazzjonali Sezzjoni Għawdex sal-2020. Għal 15-il sena kien l-Assistant Arkivist Nazzjonali ta’ Malta. Huwa l-awtur ta’ numri kbir ta’ pubblikazzjonijiet u studji ppubblikati f’rivisti ta’ storja f’Malta u barra.
Description: Produzzjoni u preżentazzjoni ta’ Noel D’Anastas fuq NET FM
URI: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/137754
Appears in Collections:Mill-Arkivji (Radio programme)

Files in This Item:
File Description SizeFormat 
Mill-Arkivji 101 Rev. Dr. Joseph Bezzina edited 8 JUNE 2025.mp380.88 MBUnknownView/Open


Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.