Please use this identifier to cite or link to this item: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/137769
Title: Mill-Arkivji : Programme 103 : George Cini
Authors: D'Anastas, Noel
Cini, George
Keywords: Mill-Arkivji (Radio program)
Documentary radio programs -- Malta -- 21st century
Archives -- Malta
Malta -- History -- Sources
Malta -- Archival resources
Cini, George
Valletta (Malta) -- History
Strada Stretta (Valletta, Malta) -- History
Valletta (Malta) -- History -- British occupation, 1800-1964
Bars (Drinking establishments) -- Malta -- Valletta -- History
Nightlife -- Malta -- Valletta -- History
Nightclubs -- Malta -- Valletta -- History
Issue Date: 2025-06-22
Citation: D'Anastas, N. & Cini, G (2025, June 22). Mill-Arkivji : Programme 103 : George Cini [Radio broadcast]. NET FM
Abstract: Fil-programm ‘Mill-Arkivji’ tat-22 ta’ Ġunju 2025 se niltaqgħu mas-Sur George Cini li ħa jkellimna fuq Strada Stretta jew ‘The Gut’ kif kienet magħrufa mal-flottot navali u r-reġimenti li fittxew l-għajn espliċitu tad-divertiment f’dak offrut fir-Red District tal-kapitali. Cini li ppubblika tliet kotba (bil-Malti u bl-Ingliż) b’għad kbir ta’ intervisti mill-protagonisti li għexu jew ħadmu f’din it-triq, se jitkellem fit-tul dwar ‘The Gut’ u x’wassal li tqieset waħda notorja. Kienet triq li nisslet ekonomija kbira. Kienet it-triq li minnha ħarġu għad kbir ta’ mużiċisti. Liema kienu l-aktar stabbilimenti mfittxija mill-baħrin? Kemm kienu jixorbu l-baħrin? Cini jsemmi l-Victoria Music Hall, il-Cotton Club, ir-Rexford, fost stabbilimenti oħra. Min kien Ġużi l-Cairo? X’konnessjoni kellhom il-familji Dowling, Curmi, Palmier u Fiteni ma’ din it-triq u t-toroq tal-inħawi? George Cini jsemmi wkoll kif kienet tkun il-lejla f’din it-triq, il-gelgul tax-xorb, l-intriċi tal-barmaids, tlajjar u prostituzzjoni, storbju, ġlied, tkissir u anke mwiet li żewqu din l-arena f’waħda ikkulurita. Kif seħħ il-qtil ta’ Maria Sewda u Irene Johnson li kienu wkoll barmaids fi Strada Stretta? Min kienet Rita Cordina, l-Isparrow? Barra s-swali taż-żfin u l-ħwienet tax-xorb, Strada Stretta kien fiha minn kollox. Il-ħanut tat-tattoos, tal-fotografija u ħwienet oħrajn kienu qed jaqdu s-servizz tal-Maltin u l-baħrin. Fl-istejjer frivoli u x-xenarju kkulurit, ma tistax tixħet lil kulħadd f’urna waħda għax minn din it-triq ħarġu wkoll il-qaddisin. Ħafna minn dawk attivi f’ħidmiethom kienu tal-affari tagħhom. Is-Sur George Cini ħadem fl-industrija tar-reklamar u l-marketing kif ukoll bħala reporter u night editor mal-gazzetta ta’ kuljum Times of Malta. Iggradwa BA (Hons) fl-Istudji tal-Kommunikazzjoni u MA fil-Ġurnaliżmu. Cini jgħallem il-ġurnaliżmu fl-Università ta’ Malta.
Description: Produzzjoni u preżentazzjoni ta’ Noel D’Anastas fuq NET FM
URI: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/137769
Appears in Collections:Mill-Arkivji (Radio programme)

Files in This Item:
File Description SizeFormat 
Mill-Arkivji 103 George Cini edited 22 JUNE 2025.mp384.56 MBUnknownView/Open


Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.