Please use this identifier to cite or link to this item: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/137772
Title: Mill-Arkivji : Programme 104 : Mario Gauci
Authors: D'Anastas, Noel
Gauci, Mario
Keywords: Mill-Arkivji (Radio program)
Documentary radio programs -- Malta -- 21st century
Archives -- Malta
Malta -- History -- Sources
Malta -- Archival resources
Gauci, Mario
Mdina Metropolitan Archives (Mdina, Malta)
Malta -- History -- Inquisition, 1561-1798
Blasphemy -- Malta -- History
Magic -- Malta -- History
Prohibited books -- Malta -- History
Malta -- Social life and customs -- History
Malta -- Religious life and customs -- History
Issue Date: 2025-06-29
Citation: D'Anastas, N. & Gauci, M. (2025, June 29). Mill-Arkivji : Programme 104 : Mario Gauci [Radio broadcast]. NET FM
Abstract: Fil-programm ‘Mill-Arkivji’ tad-29 ta’ Ġunju 2025 se nitkellmu mas-Sur Mario Gauci, id-Direttur u l-Arkivista tal-Arkivju tal-Katidral fl-Imdina. Hu se jkellimna fuq l-Arkivju tal-Inkwiżizzjoni li jinsab fl-istess Arkivju tal-Katidral fl-Imdiba. Riċentament, Mario ta taħdita interessanti bl-isem ta’ L-Arkivju tal-Inkwiżizzjoni ta’ Malta fin-nisġa storika tal-Mediterran (1561-1798). Is-Sur Gauci għandu baċellarat fl-Arkivistika, Libreriji u Studji tal-Informazzjoni, u Masters fl-Istudji tal-Barokk. Ippubblika diversi studji akkademici, awtur ta’ ktieb fuq l-Arkivju tal-Katidral, u editur ta’ tliet pubblikazzjonijiet. Mario ħa jgħidilna kif seħħ il-bidu tal-Inkwiżizzjoni Rumana f’Malta kif ukoll jagħti xi eżempji mill-istess arkivju. Kemm insibu dokumenti u kemm il-serje ta’ klassifikazzjoni fih? Mario jsemmi x’kienu l-aktar każijiet li dehru quddiem it-Tribunal tal-Inkwiżitur. Id-dagħa kien l-aktar komuni. Fl-Arkivju tal-Inkwiżizzjoni nsibu d-dagħa miktub bil-Malti li jagħmlu wieħed interessanti għall-istudjużi tal-ilsien Malti. Is-seher, il-maġija, is-sawm u l-astinenza mhux biss biż-żmien ir-Randan u l-Ġimgħa Mqaddsa, iżda wkoll fi ġranet oħra matul is-sena kienu wkoll fost l-aktar każijiet ‘kriminali’ li kienu jidhru quddiem l-Inkwiżitur. Magħhom il-kotba projbiti f’dak li kien hemm pubblikat fl-Indiċi. Dawn huma biss ftit minn każijiet oħra li jagħmlu dan l-Arkivju mfittex fost l-iskulari Maltin u internazzjonali. Barra d-dokumenti hekk imsejħa ‘Proċessi Kriminali’, l-Arkivju tal-Inkwiżizzjoni jħaddan l-Atti Ċivili, il-Korrispondenza u l-Memorji. X’inhuma dawn? Insibu f’wieħed mill-Memorji li Malta kienet meqjusa bħala l-aktar pajjiż skandaluż. Għala? Jingħad ukoll li fis-seklu 18 kien hawn aktar minn 4000 separazzjoni. Kif kienet il-ħajja tal-Maltin u x’kundanna kienu qed jieħdu dawk li kienu qed jidhru quddiem l-Inkwiżitur?
Description: Produzzjoni u preżentazzjoni ta’ Noel D’Anastas fuq NET FM
URI: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/137772
Appears in Collections:Mill-Arkivji (Radio programme)

Files in This Item:
File Description SizeFormat 
Mill-Arkivji 104 Mario Gauci edited 29 JUNE 2025.mp382.68 MBUnknownView/Open


Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.