Please use this identifier to cite or link to this item: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/138002
Title: Dawl fuq kitbiet awtobijografiċi mill-pittur Żejtuni Ġużeppi M. Caruana
Authors: Grech, Sergio
Keywords: Caruana, Giuseppe M., 1899-1964
Painters -- Malta -- Żejtun -- Biography
Żejtun (Malta) -- Biography
Art -- Malta -- 20th century
Painting -- Malta -- 20th century
Artists -- Training of -- Malta
Artists -- Training of -- Italy -- Rome
Caruana, Giuseppe M., 1899-1964. Paintings. Selections
Issue Date: 2025
Publisher: Żejtun : Għaqda Mużikali Beland
Citation: Grech, S. (2025). Dawl fuq kitbiet awtobijografiċi mill-pittur Żejtuni Ġużeppi M. Caruana. Festa Santa Katarina V.M., Żejtun, 2025, 79, 81-82
Abstract: Qalb il-karti ta' Walter Zahra, filantropu u storiku Żejtuni, sibna żewġ dokumenti awtobijografiċi miktuba mill-pittur Żejtuni Ġużeppi M. Caruana nnifsu. Id-dokumenti ġodda li għandna fidejna huma miktuba bl-idejn. L-ewwel dokument huwa intitolat Awtobijografija u hu daqs 'notebook' żgħir. Fih Caruana, minbarra li jintraċċa l-bidu tiegħu fil-qasam tal-arti u jitfa' dawl fuq l-istudji li esperjenza, jagħti wkoll lista tax-xogħlijiet artistiċi li hu kien pinġa sa dak iż-żmien li kien qed jikteb. Il-manuskritt m'għandux data u fil-qoxra hemm il-firma tiegħu li hi ċara ħafna. It-tieni dokument huwa iqsar u magħmul biss minn żewġ karti ta' lewn griżi-ċelesti li qed jitilfu lewnhom. Fuq nett, Caruana żied in-nota: 'Noti minn Ġ.M. Caruana fuqu nnifsu. Dan id-dokument m'għandux data lanqas. Fih Caruana jespandi iktar fuq ix-xogħol bikri tiegħu bħala student u fuq il-'portraits' tiegħu ta' persunaġġi ewlenin u magħrufin u jżid dettalji li ma nsibuhomx fl-ewwel dokument minke]a li jirreferi għall' portraits' tiegħu wkoll.
URI: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/138002
Appears in Collections:Melitensia Works - ERCFAPai

Files in This Item:
File Description SizeFormat 
Sergio Grech - 2025 Dawl fuq Kitbiet Awtobijografiċi.pdf6.5 MBAdobe PDFView/Open


Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.