Please use this identifier to cite or link to this item: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/139244
Title: Minn xiħ għal pops : ir-rappreżentazzjoni tal-missier mid-disgħinijiet ’il hawn
Authors: Borg, Jean Paul (2025)
Keywords: Fathers in literature
Fatherhood in literature
Maltese literature -- 20th century
Maltese literature -- 21st century
Maltese literature -- Women authors
Masculinity in literature
Maltese fiction -- History and criticism
Issue Date: 2025
Citation: Borg, J. P. (2025). Minn xiħ għal pops : ir-rappreżentazzjoni tal-missier mid-disgħinijiet ’il hawn (Master’s dissertation ).
Abstract: Fil-qofol tagħha, din ir-riċerka tistħarreġ ir-rappreżentazzjoni tal-missier fil-letteratura Maltija ta’ wara s-snin disgħin. L-istudju jibda billi jikkontestwalizza din il-figura u jħares lejn l-attributi tal-missier fil-mitoloġija Griega Nordika, u fil-Bibbja, bħala s-sorsi meqjusa l-pedament tal-kultura tal-Punent u li għadhom jinfluwenzaw din il-kultura sal-lum. Imbagħad l-istudju jħares lejn il-missier kif sawruh il-kittieba Romantiċi, Realisti, u Moderni, li kienu kollha esklużivament irġiel. Fil-kapitli ċentrali l-istudju jħares lejn ix-xogħol ta’ poeti u prożaturi kontemporanji rġiel, u l-kitbiet tal-awturi nisa tas-seklu wieħed u għoxrin. Dan il-perjodu jippermetti għall-ewwel darba tqabbil bis-sħiħ bejn il-kittieba taż-żewġ sessi, minħabba li huwa propju fih li l-kittieba nisa jidħlu fix-xena letterarja Maltija kwantittivament u kwalitattivament, kif jixhed ir-rikonoxximent li jikseb xogħolhom. F’dawn il-kapitli tiġi analizzata r-rappreżentazzjoni tal-missier mill-missirijiet infushom, imma anki minn binhom, binthom u s-sieħba tagħhom bħala koġenituri ta' wliedhom, f'polifonija ta' esperjenzi u vuċijiet.
Description: M.A.(Melit.)
URI: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/139244
Appears in Collections:Dissertations - FacArt - 2025
Dissertations - FacArtMal - 2025

Files in This Item:
File Description SizeFormat 
2519ATSMAL509905064247_1.PDF2.08 MBAdobe PDFView/Open


Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.