Please use this identifier to cite or link to this item: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/141828
Title: Id-demokrazija... għal min?
Other Titles: Il-politika u l-Ġid komuni
Authors: Chircop, Louise
Keywords: Democracy -- Malta
Political participation -- Malta
Citizenship -- Malta
Immigrants -- Civil rights -- Malta
Social justice -- Malta
Felon disenfranchisement -- Malta
Issue Date: 2024
Publisher: Pubblikazzjonijiet Dumnikani
Citation: Chircop, L. (2024). Id-demokrazija... għal min? Knisja Elfejn, 148, 23-28.
Abstract: Id-demokrazija hija kelma li nħobbu nużaw spiss imma qajla nieqfu u naħsbu xi tfisser tassew. Ħafna jaħsbu li pajjiż ikun demokratiku għaliex ikun hemm elezzjoni kull tant żmien u ċ-ċittadini jistgħu jagħmlu għażliet ħielsa tal-kandidati u tal-partiti. Din hi idea xejn profonda ta’ x’inhi d-demokrazija, għaliex iċ-ċittadin għandu rwol żgħir fejn tidħol it-tmexxija tal-pajjiż. Rwol limitat għal ftit minuti fil-kamra tal-votazzjoni. Ħafna drabi n-nies ftit jixtarru għal xiex ikunu qed jivvutaw. Jaf ikollhom grazzja ma’ kandidat, jew dejjem ivvutaw għall-istess partit. Ġieli biddlu l-partit għax talbu pjaċir li ma ngħatalhomx. Tant ma naħsbux dwar lil min nivvutaw, li nħoloq terminu – donkey vote – għal dawk li jivvotaw billi jibdew iniżżlu l-preferenzi tagħhom minn fuq tal-lista tal-kandidati u jibqgħu niżlin, mingħajr biss jaraw lil min qed jagħtu appoġġ u jekk il-kandidat ħaqqux l-appoġġ. Dan il-mod ta’ votazzjoni fih innifsu huwa wkoll theddida għall-proċess demokratiku. [excerpt]
URI: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/141828
ISSN: 17262957
Appears in Collections:Scholarly Works - FacEduES

Files in This Item:
File Description SizeFormat 
Id-demokrazija..._għal_min(2024).pdf220.97 kBAdobe PDFView/Open


Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.