Please use this identifier to cite or link to this item:
https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/144071| Title: | Id-definizzjoni tal-Malti stanard fl-ewwel nofs tas-seklu 19 |
| Authors: | Agius Muscat, David (2026) |
| Keywords: | Maltese language -- Standardization Maltese language -- History Authors, Maltese -- 19th century Maltese language -- History -- Language question, 1880-1934 Catholic Church -- Malta Vella, Francesco, 1793-1868 -- Criticism and interpretation Cumbo, Salvatore, 1810-1877 -- Criticism and interpretation Vassalli, Mikiel Anton, 1764-1829 -- Criticism and interpretation Mifsud Tommasi, Ludovico, 1796-1879 -- Criticism and interpretation Vassallo, Ġan Anton, 1817-1868 -- Criticism and interpretation Falzon, Ġan Battista, 1813-1884 -- Criticism and interpretation Taylor, Richard, 1818-1868 -- Criticism and interpretation Zerafa, Stefano, 1791-1871 -- Criticism and interpretation Christoph F. Schlienz, 1803-1868 -- Criticism and interpretation Camilleri, Mikelanġ -- Criticism and interpretation. Panzavecchia Fortunato, 1797-1850 -- Criticism and interpretation. |
| Issue Date: | 2026 |
| Citation: | Agius Muscat, D. (2026). Id-definizzjoni tal-Malti stanard fl-ewwel nofs tas-seklu 19 (Doctoral dissertation). |
| Abstract: | Din it-teżi tistħarreġ kif kienu jħarsu lejn il-Malti standard għadd ta’ letterati Maltin u barranin fl-ewwel nofs tas-seklu 19. Jingħataw prominenza x-xogħlijiet ta’ Mikiel Anton Vassalli, Francesco Vella, Stefano Zerafa, Ludovik Mifsud Tommasi, Christoph F. Schlienz, George Percy Badger, Salvatore Cumbo, Ġan Anton Vassallo, Ġan Battista Falzon, Richard Taylor, Mikelanġ Camilleri u Fortunato Panzavecchia. Din it-teżi ssemmi s-sehem li kellha l-ewwel għaqda tal-Malti mwaqqfa fl-1836 minn Gaetano Laferla, u dik li ġiet warajha, l-Academia Filologica Maltìa, imwaqqfa fl-1842. Tistħarreġ ukoll is-sehem li kellhom il-Knisja Kattolika, l-iktar entità li kellha influwenza fl-ħajja tal-komunità lokali kontemporanja, u l-ewwel missjunarji Protestanti. Din it-teżi tistħarreġ ukoll id-deċiżjonijiet ewlenin marbutin mal-Malti li ħa l-Gvern Ingliż; l-aktar dawk li kienu ġew xprunati mill-Kummissarji Rjali John Austin u George Cornewall Lewis fl-aħħar tat-tletinijiet. Fit-teżi jidhru l-fehmiet ta’ dawn kollha bħala parti minn diskussjoni sħiħa li damet għaddejja s-snin fuq x’kellu jkun post il-Malti f’komunità li kienet għadha tqis it-Taljan u l-Ingliż bħala l-varjetajiet l-għolja. Fit-teżi jidhru fuq kollox il-fehmiet ta’ dawk li xi drabi ffukaw id-diskussjoni tagħhom fuq il-varjetajiet differenti tal-Malti u kif il-varjetà tal-ibliet kienet qed tinfirex u ssir l-istandard fost il-kelliema. Għal xi kittieba li riedu jiktbu bil-Malti, u li riedu jgħallmu l-Malti fl-iskejjel, il-kitba kellha tirrifletti dak li kien qed jiġi ppronunzjat min-nies tal-ibliet. Għal oħrajn il-kitba kellha tibqa’ tirrifletti dak li kien għadu qed jiġi ppronunzjat min-nies li kienu jgħixu fil-kampanja. |
| Description: | Ph.D.(Melit.) |
| URI: | https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/144071 |
| Appears in Collections: | Dissertations - FacArt - 2026 Dissertations - FacArtMal - 2026 |
Files in This Item:
| File | Description | Size | Format | |
|---|---|---|---|---|
| 2601ATSMAL600005031618_1.pdf | 5.71 MB | Adobe PDF | View/Open |
Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.
