Please use this identifier to cite or link to this item:
https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/145550| Title: | Għeluq il-ħamsin sena mill-mewt tal-Benedittin Dom Mauro Inguanez |
| Authors: | Abela, Joseph |
| Keywords: | Montecassino (Monastery) -- Siege, 1944 Inguanez, Mauro, 1887-1955 Montecassino (Monastery) -- History -- 20th century World War, 1939-1945 -- Destruction and pillage -- Italy -- Cassino Benedictines -- Malta -- Biography Librarians -- Malta -- Biography Priests -- Malta -- Biography Senglea (Malta) -- History -- 20th century |
| Issue Date: | 2005 |
| Publisher: | Senglea : Kunsill Pastorali Parrokkjali |
| Citation: | Abela, J. (2005). Għeluq il-ħamsin sena mill-mewt tal-Benedittin Dom Mauro Inguanez. Festa Marija Bambina, Senglea, 2005, p.55-57, 59, 61. |
| Abstract: | Dom Mauro Inguanez (1887–1955) kien studjuż kbir u reliġjuż Benedittin imwieled l-Isla. Wara li studja l-farmakoloġija f'Londra, huwa ħass il-vokazzjoni biex jissieħeb mal-Ordni Benedittin fil-Monasteru ta’ Montecassino, fejn ġie ordnat fl-1911. Matul il ħajja monastika tiegħu, sar espert mondjali fil-manuskritti u kkontribwixxa madwar 170 xogħol letterarju f'rivisti internazzjonali u lokali. Inguanez qatt ma nesa lil art twelidu u kien l-mutur ewlieni biex il-Knisja tal-Isla tiġi elevata għad-dinjità ta' Bażilka Minuri fl-1920 permezz tal-influwenza tiegħu fil-Vatikan.Matul it-Tieni Gwerra Dinjija, huwa wera kuraġġ kbir meta kien strumentali biex jiġu salvati t-teżori letterarji ta' Montecassino qabel ma l-Abbazija ġiet meqruda mill-bombi. Huwa rriskja ħajtu biex iħares manuskritti rari, fosthom dawk tal-poeti Ingliżi Shelley u Keats, u ra li dawn jiġu depożitati b'mod sigur fl-arkivji tal-Vatikan. Fl-1947, huwa nħatar librar fil-Librerija Rjali ta' Malta u ngħata l-unur tal-O.B.E. bħala rikonoxximent għall-ħidma tiegħu. Dom Mauro miet fl-1955 u jibqa' mfakkar fl-Isla permezz ta' pjazza u skola msemmija għalih, kif ukoll ir-relazzjonijiet stabbiliti bejn l-Isla u Cassino. |
| URI: | https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/145550 |
| Appears in Collections: | Melitensia Works - ERCPPRCD |
Files in This Item:
| File | Description | Size | Format | |
|---|---|---|---|---|
| GĦELUQ IL-ĦAMSIN SENA MILL-MEWT.pdf | 927.36 kB | Adobe PDF | View/Open |
Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.
