Please use this identifier to cite or link to this item:
https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/145961| Title: | Monsinjur Injazju Panzavecchia : Saċerdot - Politiku (1855-1925) |
| Authors: | Busuttil, Joseph |
| Keywords: | Priests -- Malta -- Senglea -- History -- 20th century Parish of the Nativity of Mary (Senglea, Malta) -- History -- 20th century Dar Sant’ Anna (Senglea, Malta) -- History -- 19th century Third orders -- Malta -- Senglea -- History -- 20th century Panzavecchia, Ignazio, 1855-1925 Politicians -- Malta -- Biography Catholic Church -- Malta -- Clergy -- Biography Mizzi, Fortunato, 1844-1905 Partit Nazzjonalista (Malta) -- History -- 20th century Partito Popolare (Malta) -- Malta -- History Unione Politica Maltese -- Malta -- History |
| Issue Date: | 2004 |
| Publisher: | Senglea : Grupp Dilettanti tan-Nar Kumitat Festi Esterni |
| Citation: | Busuttil, J. (2004). Monsinjur Injazju Panzavecchia : Saċerdot - Politiku (1855-1925). Senglea [festa Marija Bambina], 2004, p.93, 95, 97. |
| Abstract: | Mons. Injazju Panzavecchia twieled fl-1855, huwa ġie ordnata sacerdot fl-1879 u beda' jaħdem fil-parroċċa tal l-Isla fejn anke anke ġie mlaħħaq kanonku. Ħidma importanti tiegħu kienet dik ta' direttur ta' l-Ospizju jew kif inhi magħrufa llum Dar Sant' Anna, dar residenzjali għall-anzjani li qiegħda fix-xatt ta' l-Isla. Infatti hu kien direttur fis-snin 1888/89 u fis-sena 1893. Kien fi żmien Panzavecchia, meta f'din id-dar bdiet il-ħidma tas-Sorijiet Terzjarji Franġiskani li ma kellhomx idumu ma jibdew jagħtu sehem fil-ħajja ta' l-Ospizju. Beda l-ħidma politika fis-sena 1880, b'sens patrijottiku-reliġjuż. Fis-sena 1891 ġie magħżul biex jirrappreżenta lill kleru Malti fil-Kunsill tal-Gvern, bħala politiku kien wieħed mill-ewlenin li tħabat biex Malta jkollha s-self Government. Kien jemmen fil-ħiliet tal-Maltin, u kien widdeb li l-pajjiż ma jistax jitmexxa bil-forza. Fit-2 ta' Ġunju, 1895, waqqaf il-Partito Papalare, fejn hu ġie maħtur bħala mexxej. Il-prinċipji tiegħu kienu bbażati fuq id-dritt li l-Maltin ikollhom aktar awtonomija u b'sens ta' patrijottiżmu ma jieqfu qatt milli jeħduha kontra l-Ingliżi li ma kinux qed jagħtu każ t-talbiet tiegħu. Fis-sena 1910, Mons. Panzavecchia waqqaf il-Comitato Patriottico, li kellu bħala skop ewlieni politika qawwija astensjonista u dan bi protesta kontra l-Gvern Ingliż. Fis-sena 1921, ġiet mogħtija l-kostituzzjoni l-ġdida li biha beda jkun hawn għall-ewwel darba Gvern Malti, li jieħu ħsieb l-amministrazzjoni tal-pajjiż. Hawnhekk, Mons. Panzavecchia fl-età ta' 66 sena, waqqaf il-partit tiegħu bl-isem ta' Unione Politica Maltese. Il-partit kien ispirat mir-Reliġjon Kattolika, il-kultura Taljana bħala xhieda taċ-ċiviltà Latina u Ewropea ta' Malta, u l-għajta għad-drittijiet kostituzzjonali fil-limiti tal-lealtà lejn l-Ingilterra. |
| URI: | https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/145961 |
| Appears in Collections: | Melitensia Works - ERCPPRCD |
Files in This Item:
| File | Description | Size | Format | |
|---|---|---|---|---|
| Monsinjur Injazju Panzavecchia (1).pdf | 596.04 kB | Adobe PDF | View/Open |
Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.
