Please use this identifier to cite or link to this item:
https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/148729| Title: | “Arani għarwiena bil-għadam iċekċek” : Doreen Micallef u l-écriture féminine |
| Authors: | Pace, Nathan Anthony (2026) |
| Keywords: | Micallef, Doreen, 1949-2001 Women poets Feminist poetry Women authors Women and literature -- Malta -- 20th century Feminism and literature -- Malta -- 20th century Femininity in literature Sex role in literature |
| Issue Date: | 2026 |
| Citation: | Pace, N. A. (2026). “Arani għarwiena bil-għadam iċekċek”: Doreen Micallef u l-écriture féminine (Bachelor's dissertation). |
| Abstract: | F’din it-teżina nistħarreġ il-kunċett tal-kitba femminili — l-écriture féminine — u l-mod kif il-poeżija ta’ Doreen Micallef tista’ tinqara bħala eżempju ta’ din il-prattika li tiddekostruwixxi r-rappreżentazzjoni tal-mara u terġa’ toħloqha. Għażilt dawn il-poeżiji għax joqorbu lejn dak li t-teoristi jikkunċettwalizzaw bħala écriture féminine. Qabelxejn, ninvestiga l-karatteristiċi ewlenin tal-écriture féminine skont Hélène Cixous, Luce Irigaray u Julia Kristeva, b’enfasi fuq jekk din il-kitba għandhiex tissejjaħ femminili ladarba tista’ (almenu skont Cixous u Kristeva) tinkiteb mill-irġiel. Imbagħad, nesplora kif f’Micallef hemm tentattiv kontinwu biex jiġi stabbilit kuntatt mal-Ieħor, liema kuntatt juri l-paradoss bejn id-dominanza u s-sottomissjoni u jixħet dawl fuq il-problematika tad-differenzi sesswali fl-écriture féminine. Finalment, inħares lejn ir-relazzjoni intima bejn il-prekarjetà tal-kontenut u l-instabbilità tal-forma peress li Micallef ma tiktibx biex tinftiehem imma biex tqanqal. Għaldaqstant, il-qarrejja tagħha jeħtieġu attenzjoni akuta, li tinbena gradwalment, lejn il-frammentazzjoni, il-fluwidità u l-illoġiċità tat-teknika. |
| Description: | B.A. (Hons)(Melit.) |
| URI: | https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/148729 |
| Appears in Collections: | Dissertations - FacArt - 2026 Dissertations - FacArtMal - 2026 |
Files in This Item:
| File | Description | Size | Format | |
|---|---|---|---|---|
| 2608ATSMAL300000016930_1.PDF Restricted Access | 1.25 MB | Adobe PDF | View/Open Request a copy |
Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.
