Please use this identifier to cite or link to this item:
https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/148731| Title: | Il-karattri u s-skiet f’Castillo : mill-paġna għall-iskrin |
| Authors: | Ciantar, Kelsey (2026) |
| Keywords: | Literature -- Adaptations Film adaptations -- Malta Maltese literature Maltese fiction -- Film adaptations Azzopardi, Clare, 1977- -- Film adaptations Azzopardi, Clare, 1977- -- Criticism and interpretation |
| Issue Date: | 2026 |
| Citation: | Ciantar, K. (2026). Il-karattri u s-skiet f’Castillo: mill-paġna għall-iskrin (Bachelor's dissertation). |
| Abstract: | Din it-teżina tħares mill-qrib lejn ir-rumanz Castillo ta’ Clare Azzopardi u l-film bl-istess isem ta’ Take Two u tesplora t-tranżizzjoni fil-karatterizzazzjoni u l-preżenza, jew l-assenza, tas-skiet. Filwaqt li tanalizza mill-qrib iż-żewġ testi, tirreferi kontinwament għal xogħlijiet teoretiċi li trattaw is-suġġetti tal-adattament minn mezz artistiku għal ieħor, tal-karattri u tas-skiet. Fl-ewwel kapitlu tistudja t-tekniki differenti li jużaw ir-rumanz u l-adattament biex jiffamiljarizzaw lill-qarrejja jew l-ispettaturi mal-karattri, u l-modi li bihom il-film jibdel il-perċezzjoni li wieħed ikollu dwar karattru wara li jaqra r-rumanz. Għaldaqstant teżamina l-bidliet li jgħaddu minnhom il-karattri li jidhru fiż-żewġ testi, partikularment Amanda, Emma, Castillo u Robert. Fit-tieni kapitlu tiffoka fuq is-skiet u tikkontempla r-raġunijiet possibbli wara l-eliminazzjoni ta’ ċerti karattri li jissemmew fir-rumanz imma ma jidhrux fil-film. Din it-tip ta’ eliminazzjoni titqies bħala eliminazzjoni ta’ lakuna, u tissemma fi ħdan diskors dwar kif l-adattament jimla l-vojt narrattiv dominanti fir-rumanz Castillo. Il-lakuni huma biss tip wieħed ta’ skiet fir-rumanz, u din it-teżina tesplora modi oħra ta’ kif l-adattament ta’ Take Two jikkumpensa għas-skiet, fost l-oħrajn billi jagħti iktar informazzjoni biex jimla l-vojt narrattiv u jipprova jwieġeb il-mistoqsijiet tal-udjenza, u bl-inklużjoni tal-mużika li ma tħallix lill-qarrejja jidħlu fl-atmosfera tas-skiet li hija tant imminenti fid-dinja fittizja ta’ Azzopardi. |
| Description: | B.A. (Hons)(Melit.) |
| URI: | https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/148731 |
| Appears in Collections: | Dissertations - FacArt - 2026 Dissertations - FacArtMal - 2026 |
Files in This Item:
| File | Description | Size | Format | |
|---|---|---|---|---|
| 2608ATSMAL300000018764_1.PDF Restricted Access | 1.08 MB | Adobe PDF | View/Open Request a copy |
Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.
