Please use this identifier to cite or link to this item:
https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/148759| Title: | Il-farsa Maltija : ilbieraħ u llum |
| Authors: | Micallef, Marija (2026) |
| Keywords: | Farce Maltese literature -- Malta Comedy Maltese drama -- Malta |
| Issue Date: | 2026 |
| Citation: | Micallef, M. (2026). Il-farsa Maltija: ilbieraħ u llum (Bachelor's dissertation). |
| Abstract: | Din it-teżina tesplora l-iżvilupp tal-farsa Maltija bejn is-seklu dsatax u s-seklu għoxrin, b’enfasi fuq il-kontinwità u l-bidliet fil-karatteristiċi fundamentali tagħha. Permezz ta’ analiżi ta’ xogħlijiet ta’ Carmelo Camilleri, Luigi Rosato u Albert Marshall, l-istudju juri kif il-farsa tibqa’ mibnija fuq mekkaniżmi essenzjali bħall-esaġerazzjoni, il-konfużjoni u r-riżoluzzjoni immedjata tal-kunflitt, minkejja bidliet soċjali, kulturali u teatrali sinifikanti. Sadattant, l-analiżi komparattiva tosserva wkoll numru ta’ differenzi importanti fit-temi u t-tekniki bejn il-farsa bikrija u dik kontemporanja, fosthom żieda fil-kumplessità strutturali, varjetà akbar ta’ karattri u tekniki, kif ukoll l-introduzzjoni tal-fantasija bħala element aktar ċentrali fil-bini tal-plott. Barra minn hekk, tintroduċi bidliet fir-rappreżentazzjoni tal-mara u fl-użu tal-lingwa, li jirriflettu trasformazzjonijiet fil-qagħda soċjali Maltija u juru kif il-farsa sservi bħala mera tal-ħajja ta’ kuljum. L-istudju jikkonkludi li, minkejja dawn il-bidliet, il-farsa Maltija żammet il-qofol strutturali u funzjonali tagħha bħala ġeneru teatrali. Għaldaqstant, l-iżvilupp tagħha għandu jinftiehem bħala proċess ta’ kontinwità u adattament, fejn il-konvenzjonijiet tradizzjonali jibqgħu preżenti iżda jiġu mmodifikati skont ir-realtajiet u l-ħtiġijiet taż-żmien li tinkiteb fih. |
| Description: | B.A. (Hons)(Melit.) |
| URI: | https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/148759 |
| Appears in Collections: | Dissertations - FacArt - 2026 Dissertations - FacArtMal - 2026 |
Files in This Item:
| File | Description | Size | Format | |
|---|---|---|---|---|
| 2608ATSMAL300000019821_1.PDF Restricted Access | 1.1 MB | Adobe PDF | View/Open Request a copy |
Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.
