Please use this identifier to cite or link to this item: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/148761
Title: Il-legat terminoloġiku tal-legatura u l-konservazzjoni tal-kotba u tal-karta
Authors: Portelli, Martina (2026)
Keywords: Books -- Conservation and restoration -- Malta
Books -- Conservation and restoration -- Terminology
Maltese language -- Malta
Bookbinding -- Malta
Bookbinding -- Terminology -- Malta
Issue Date: 2026
Citation: Portelli, M. (2026). Il-legat terminoloġiku tal-legatura u l-konservazzjoni tal-kotba u tal-karta (Bachelor's dissertation).
Abstract: Dan l-istudju jistħarreġ żewġ snajja’: tal-legatura u tal-konservazzjoni tal-kotba u tal-karta bl-għan li tinġabar it-terminoloġija speċjalizzata użata fil-prattika professjonali ta’ dawn l-oqsma u tiġi dokumentata f’xogħol wieħed. L-istudju huwa bbażat fuq riċerka kwalitattiva, b’mod partikolari intervisti ma’ erba’ legaturi u erba’ konservaturi li jaħdmu jew għandhom esperjenza diretta f’dawn is-snajja’ u li mingħandhom ħarġet id-data meħtieġa għall-glossarju strutturat u rappreżentattiv, li huwa l-qofol ta’ din it-teżina. Il-glossarju huwa organizzat f’kategoriji u sottokategoriji tematiċi sabiex jiġi ppreżentat b’mod sistematiku u jkun aċċessibbli. Dawn jinkludu l-istruttura tal-ktieb, it-tipi u l-karatteristiċi tal-karta, il-materjali u s-sustanzi użati, l-għodod u l-makkinarji, il-proċessi relatati mal-legatura u l-konservazzjoni, il-ħsara, l-ambjent u l-preservazzjoni, il-professjonijiet u finalment il-verbi u l-partiċipji passivi li jintużaw fis-snajja’. Fl-appendiċi ser ninkludi tabella bit-termini f’ordni alfabetika u n-numru tal-paġna tat-terminu. Dan l-istudju mhux biss jiġbor it-termini speċjalizzati, iżda jikkontribwixxi għad-dokumentazzjoni u l-preservazzjoni ta’ għarfien lingwistiku marbut ma’ żewġ snajja’ tradizzjonali: is-sengħa tal-legatura, li llum qed tesperjenza tnaqqis fil-prattika tagħha, u s-sengħa tal-konservazzjoni tal-kotba u tal-karta, li min-naħa l-oħra qed tingħata importanza speċjalment fl-Arkivji Notarili sabiex jiġu ppreservati dokumenti storiċi antiki. Il-glossarju jista’ jservi bħala referenza utli kemm għal skopijiet akkademiċi kif ukoll għal riċerka futura fil-qasam, ngħidu aħna, studju komparattiv li jidentifika liema termini baqgħu jintużaw, jekk daħlux termini ġodda jew intilfux xi termini.
Description: B.A. (Hons)(Melit.)
URI: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/148761
Appears in Collections:Dissertations - FacArt - 2026
Dissertations - FacArtMal - 2026

Files in This Item:
File Description SizeFormat 
2608ATSMAL300005084889_1.PDF
  Restricted Access
14.05 MBAdobe PDFView/Open Request a copy


Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.