Please use this identifier to cite or link to this item: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/148762
Title: Il-varjazzjoni fl-użu tan-negattiv fid-djaletti Maltin u Għawdxin
Authors: Vella, Ema (2026)
Keywords: Dialectology -- Research -- Malta
Language and languages -- Usage
Language and languages -- Variation
Maltese language -- Malta
Issue Date: 2026
Citation: Vella, E. (2026). Il-varjazzjoni fl-użu tan-negattiv fid-djaletti Maltin u Għawdxin (Bachelor's dissertation).
Abstract: Din it-teżina tiffoka fuq il-varjazzjoni fl-użu tan-negattiv fid-djaletti Maltin u Għawdxin. Dan l-istudju ġie maħsub biex jagħti aktar għarfien dwar kif jintużaw il-forom tan-negattiv u kif ivarjaw fl-użu tagħhom minn persuna għal oħra. L-għan ewlieni huwa li nevalwa jekk il-varjabbli soċjolingwistiċi tas-sess, l-età, il-ġeografija u l-livell ta’ edukazzjoni jurux korrelazzjoni mal-użu ta’ ċerti forom tan-negattiv fit-taħdit. Sabiex inkun nista’ niġbor id-data neċessarja ħejjejt intervista strutturata. Il-qofol tal-intervista jinsab fit-tielet u r-raba’ taqsima li jinkludu sentenzi fl-affermattiv li t-80 parteċipant u parteċipanta minn 10 lokalitajiet differenti madwar Malta u Għawdex intalbu jaqilbu għan-negattiv. Id-data miġbura ġiet analizzata permezz tal-SPSS u r-riżultati juru li ċerti forom tan-negattiv jintużaw b’mod aktar frekwenti minn gruppi partikolari ta’ kelliema. L-aktar varjabbli soċjolingwistiku li wera korrelazzjoni mal-użu ta’ ċerti forom tan-negattiv kien il-varjabbli tal-ġeografija. Minn dan l-istudju nista’ nikkonkludi li, għalkemm il-maġġoranza tal-forom tan-negattiv huma stabbiliti sew fost il-kelliema tal-Malti, hemm xi wħud mill-forom li huma marbuta iżjed ma’ ċerti lokalitajiet partikolari.
Description: B.A. (Hons)(Melit.)
URI: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/148762
Appears in Collections:Dissertations - FacArt - 2026
Dissertations - FacArtMal - 2026

Files in This Item:
File Description SizeFormat 
2608ATSMAL300005084900_1.PDF
  Restricted Access
2.69 MBAdobe PDFView/Open Request a copy


Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.