Please use this identifier to cite or link to this item: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/149242
Title: Il-Perit Giorgio Grognet de Vasse', l-ateu li fassal ir-Rotunda tal-Mosta
Authors: Said, Ivan
Keywords: Grognet De Vasse, Giorgio, 1774-1862
Architects -- Malta -- Biography
Wolff, Joseph, 1795-1862
Naudi, Cleardo, 1781-1837
Atheism -- Malta -- History
Issue Date: 2026
Publisher: Mosta : Soċjetà Piroteknika 15 t’Awissu
Citation: Said, I. (2026). Il-Perit Giorgio Grognet de Vasse', l-ateu li fassal ir-Rotunda tal-Mosta. Festa [Santa Marija, Mosta], 2026, 81, 84-85, 88
Abstract: Inkiteb ħafna dwar l-istorja tal-bini tal-Knisja tal-Mosta u l-oppożizzjoni tal-Isqof ta’ dak iż-żmien għal tali bini tal-knisja Rotunda li bdiet tinbena fl-1833 u tlestiet, għajr il-lanterna, fl-1861 wara li fl-1812 ittieħdet id-deċiżjoni li tinbena knisja akbar milli dik li kien hemm. Din il-ġrajja fiha tliet protagonisti: Giorgio Grognet de Vassé (1774-1862), il-Perit li fassal il-knisja, Dun Feliċ Calleja (1748-1833), il-Kappillan li ried il-pjanta ta’ Grognet, sostna parzjalment il-proġett bi flusu u ħalla b’wirt il-proprjetà b’risq il-kostruzzjoni tagħha u l-Isqof Mons. Francesco Saverio Caruana (1759-1847), li kien kontra d-disinn ta’ Grognet. Din il-kitba tinkludi traduzzjoni mill-Ingliż għall-Malti ta’ djalogu li seħħ verament fisseklu dsatax bejn Grognet u r-Rev. Joseph Wolff, qassis Ġermaniż Protestant, u juri li l-Perit li fassal ir-rotunda kien ateu konvint. Dan id-dettall minn ħajjet Grognet jista’ jitfa’ dawl ġdid fuq l-attitudni li l-Isqof Caruana addotta fil-konfront tal-pjanta ta’ Grognet li fl-aħħar mill-aħħar fuqha nbniet il-knisja, u forsi nifhmu aħjar l-oppożizzjoni tiegħu għaliha. Apparti l-ateiżmu tiegħu, kien hemm elementi u episodji oħra marbuta ma’ Grognet li setgħu dejqu lill-Isqof: fi żmien il-Kavallieri, Grognet kien jissimpatizza mal-Franċiżi filwaqt li Caruana ma kienx iniżżilhom. Barra minn hekk, Grognet kien wieħed mit-tliet imħuħ wara storja ta’ frodi dwar kitba Punika falza marbuta mal-Atlantis u fi żmien l-Ingliżi kien ħabib ta’ John Hookham Frere, l-intellettwali Ingliż li għex Malta, ħabb lill-Maltin u l-kultura tagħhom u li kien is-Segretarju tal-Mażuni Ingliżi f’Malta.
URI: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/149242
Appears in Collections:Melitensia Works - ERCFAArc

Files in This Item:
File Description SizeFormat 
Il‑Perit Giorgio Grognet de Vassé, l‑ateu li fassal ir‑Rotunda tal‑Mosta (1).pdf1.03 MBAdobe PDFView/Open


Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.