Please use this identifier to cite or link to this item: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/150774
Title: Il-pajsaġġ lingwistiku Malti : passiġġata fit-triq u mixja maż-żmien
Other Titles: Malta cultural annual : annwarju kulturali Malti 2025
Authors: Camilleri Grima, Antoinette
Keywords: Multilingualism -- Malta
Names, Geographical -- Malta
Sociolinguistics -- Malta
Language and culture -- Malta
Bilingualism -- Malta
Street names -- Malta
Signs and signboards -- Malta
Issue Date: 2026
Publisher: Ministry of Arts, Culture and National Heritage. Culture Directorate
Citation: Camilleri Grima, A. (2026). Il-Pajsaġġ Lingwistiku Malti: Passiġġata fit-triq u mixja maż-żmien. In N. Petroni (Ed.), Malta cultural annual: annwarju kulturali Malti 2025 (pp. 14–36). Malta: Ministry of Arts, Culture and National Heritage. Culture Directorate
Abstract: F'din il-kontribuzzjoni nagħti ħarsa lejn il-pajsaġġ lingwistiku, studju li bl-Ingliż huwa magħruf bħala linguistic landscape. Niffoka fuq Malta u Għawdex, u b'mod partikolari nistudja l-ismijiet tad-djar. It-terminu 'pajsaġġ lingwistiku' jirreferi għall-kitbiet, normalment qosra ħafna, li naraw fit-toroq, fil-pjazez, u f'postijiet pubbliċi oħra. Din il-kitba l-iktar li nsibuha f'forma ta' ismijiet ta' djar u ħwienet, tabelli b'informazzjoni varja, reklami, lapidi kommemorattivi, twissijiet, u avviżi. F'dan l-artiklu nikkonsidra dak li diġà nkiteb dwar il-pajsaġġ lingwistiku Malti, fejn l-aktar li ngħatat attenzjoni kien lejn liema elementi ta' lingwa u kultura jinkixfu bis-saħħa tiegħu. Pereżempju, nafu li s'issa l-aktar li jintuża huwa l-Ingliż, għalkemm insibu ħafna ismijiet ta' ħwienet u avviżi li fihom jintużaw kemm il-Malti kif ukoll l-Ingliż flimkien. L-ismijiet tad-djar u tal-ħwienet jifthu tieqa interessanti ferm fuq il-bilingwiżmu f'Malta, u dwar l-użu simboliku tagħhom u ta' lingwi oħrajn. Nagħti idea ta' xi bidliet lingwistiċi u kulturali li nistgħu ninnutaw permezz tal-istudju tal-pajsaġġ lingwistiku. Nieħu l-eżempju ta' żewġt irħula, l-Imġarr f'Malta u Ta' Sannat f'Għawdex biex nidħol fid-dettall permezz ta' ftit statistika dwar l-ismijiet tad-djar, u nagħti stampa minn tliet perjodi differenti, jiġifieri mill-1970, l-1994 u l-2022-2023. Minn perjodu għall-ieħor fl-ismijiet tad-djar ninnutaw kif id-drawwa ssaħħet u kien hemm żieda fl-użu tal-Malti, u tnaqqis fl-ismijiet devozzjonali. Nafu wkoll li d-drawwa li nagħtu isem lid-dar tagħna tant hi magħġuna fil-Maltin, li anke fi blokka appartamenti, apparti n-numru u l-isem tal-blokka, hemm min jagħti isem lill-appartament tiegħu, speċjalment jekk ikun joqgħod f'maisonette jew f'penthouse.
URI: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/150774
ISBN: 978991820546
Appears in Collections:Scholarly Works - FacEduLHE

Files in This Item:
File Description SizeFormat 
Il_pajsaġġ_lingwistiku_Malti.pdf
  Restricted Access
473.8 kBAdobe PDFView/Open Request a copy
Il_pajsaġġ_lingwistiku_Malti_Antoinette_Camilleri_Grima.pdf
  Restricted Access
798.59 kBAdobe PDFView/Open Request a copy


Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.