Please use this identifier to cite or link to this item: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/23494
Title: Dahla generali ghal xejriet tal-kritika letterarja moderna
Authors: Friggieri, Oliver
Keywords: Literature, Modern -- Appreciation -- Malta
Literature -- Philosophy
Literature, Modern -- Criticism and interpretation
Maltese literature -- Criticism and interpretation
Maltese poetry -- History and criticism
Issue Date: 1983
Publisher: Upper Secondary School Valletta
Citation: Friggieri, O. (1983). Daħla ġenerali għal xejriet tal-kritika letterarja moderna
Abstract: Mil-livell l-iżjed element ari ta' taħriġ skolastiku sa l-ogħla livell ta' analiżi xjentifika, il-kritika letterarja hi mhedda minn għadd ta' perikli mseħbin ma-lvalur kbir tagħha stess; hi xjenza awtonoma daqskemm hi wkoll siġra li għandha l-egħruq mifruxin fil-ħidmiet intellettwali tal-bniedem f'oqsma oħrajn 'il barra mil-letteratura. Hi marbuta mal-letteratura u tista' tisfa mfixkla magħha, għaliex waqt li tistħarreġ il-letteratura m'hix letterarja fis-sens veru tal-kelma; hi x-xjenza ta' l-arti letterarja. Hi ħidma speċjalizzata li f'ħin wieħed tista' tidher li tkun qiegħda sseħħ kemm fl-analiżi tal-kitba u kemm fl-analiżi ta' mekkaniżmi mentali oħrajn. Is-siwi u l-periklu tagħha, mela, huma mseħbin flimkien, bħallikieku mnisslin minn mudell wieħed. Periklu ewlieni hu li titqies bħala stħarriġ ta' ideat, bħallikieku l-letteratura nnifisha hi damma ta' ideat li jeħtieġu tifsir. Bħal kull ħidma oħra tal-bniedem, il-letteratura hi t-tfissir ta' fehmiet; sa hawn m'hi xejn ħlief l-użu tal-kliem għall espressjoni ta' l-ideat, u għalhekk sa hawn ukoll m'hix differenti minn kull kitba oħra. Bħalma kull kitba hi meqjusa bħala l-użu tal-kliem għat-tfissir tal-fehmiet, hekk ukoll il-letteratura tista' titneżża' mill-qofol karatteristiku tagħha jekk titqies biss skond in-natura li tgħaqqadha ma' kull kitba oħra. Il-letteratura tħaddem il-lingwa b'mod awtonomu, skond sensiela ta' mude1li magħżula mill-moħħ ħallieq ta' xi ħadd li m'huwiex biss kittieb (xi ħadd li jikteb) iżda awtur (xi ħadd li joħloq il-kitba).
URI: https://www.um.edu.mt/library/oar//handle/123456789/23494
Appears in Collections:Hyphen, Volume 4, No. 1 (1983)
Hyphen, Volume 4, No. 1 (1983)
Scholarly Works - FacArtMal

Files in This Item:
File Description SizeFormat 
Daħla Ġenerali għal Xejriet tal-Kritika Letterarja Moderna.pdf457.52 kBAdobe PDFView/Open


Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.