Please use this identifier to cite or link to this item: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/35533
Title: Il-poeżija tas-sittinijiet
Authors: Sammut, Saviour
Keywords: Authors, Maltese -- 20th century
Maltese literature -- 20th century
Poets, Maltese -- 20th century
Issue Date: 1991
Publisher: Għaqda tal-Malti (Universita’)
Citation: Sammut, S. (1991). Il-poeżija tas-sittinijiet. Leħen il-Malti, 27, 30-36.
Abstract: ll-poeżija li bdiet tinkiteb fis-Sittinijiet ġiet sewwasew wara l-iżvilupp politiku bilkisba ta', l-Indipendenza għal Malta. Il-poeżija Romantika li teżalta nNazzjonaliżmu Patrijottiku, għalhekk, kien għadda żmienha. ll-Poeta ta' Malta "ġdida" beda jħares madwaru bħala ċittadin tad-dinja. Post innazzjonaliżmu beda jieħdu l-kożmopolitiżmu. Il-viżjoni kożmika tat ħarsa lejn ilqagħda umana fiċ-ċentru ta' taqlib kbir kemm f'dawk li huma awenimenti u strutturi soċjali lokali u internazzjonali kif ukoll l-iżvilupp xjentifiku u teknoloġiku li rrendew il-ħajja iżjed mgħaġġla. Diżillużi minn dak kollu, il-poeti bdew jagħtu ħarsa ġewwiena fil-Iabrinti ta' ruħ imqallba u dan ġie rifless fil-forma u fil-kontenut tal-poeżija li bdiet tinkiteb. Dawn il-poeti jirrappreżentaw xi ftit jew wisq il-ġenerazzjoni ta' matul u wara l-Gwerra, imħassba u mdejqa b'soċjeta li kulma jmur aktar qiegħda ssir aljenata. Il-poeżija tas-Snin Sittin, għalhekk, se nsibu li hi aktarx iżjed storbjuża, polemikuża, u provokanti. Fiha hemm ansjeta għal tiġdid u tibdil millimpożizzjonijiet ta' l-Ordni Soċjali qadima. Din l-''Angst'' ta' kuxjenza kollettiva tirrifletti għalhekk id-delużjoni ta' min stenna ħaġa u sab oħra. Dan kollu hu ppreżentat fil-kitba ta' xeħta moderna li bdiet tinkiteb. B'kitba moderna, il-kritiċi kienu jifhmu orjentament ġdid mil-linji li mxew fuqhom il-predeċessuri. ll-poeżija Moderna qatgħet l-irbit li kellha l-Poeżija tradizzjonalista mal-kitba ta' versi b'regoli u b'qisien metriċi fissi u pre stabbiliti. Il-kitba ta' Baudelaire u Mallarme tat forma ġdida liII-Poeżija. Il-"verse Iibre", il-"projective verse", il-"concrete poetry", ilkoll għamlu aċċenn akbar fuq l-aspett tipografiku u fuq il-forma li jieħu l-kontenut. Il-Moderniżmu kellu effett ukoll fuq prosodija, sintassi u metafora, fost l-oħrajn.
URI: https://www.um.edu.mt/library/oar//handle/123456789/35533
Appears in Collections:Leħen il-Malti (1991) - Għadd 27
Leħen il-Malti (1991) - Għadd 27

Files in This Item:
File Description SizeFormat 
Il-poezija tas-sittinijiet.pdf388.31 kBAdobe PDFView/Open


Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.