Please use this identifier to cite or link to this item: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/45533
Title: Zmien il-profeti ta' Izrael : il-profeta Amos
Authors: Kummissarjat Tal-Qabar Ta' Kristu F'Malta
Keywords: Amos (Biblical prophet)
Twelve tribes of Israel
Jews -- History -- To 586 B.C.
Prophets
Issue Date: 1969
Publisher: Kummissarjat Tal-Qabar Ta' Kristu F'Malta
Citation: Kummissarjat Tal-Qabar Ta' Kristu F'Malta. (1969). Zmien il-profeti ta' Izrael : il-profeta Amos. Lehen l-Art Imqaddsa, 15(2), 34-36.
Abstract: Ghal-habta tal-1058 Q.K., David kien sar sultan tat-tribu ta' Guda u, wara seba' snin mill-mewt ta' Isboset, l-ahhar iben is-sultan ta' qablu Sawl, kollu kemm hu Izrael gharaf b'sultan tieghu IiI David, li dan, imbaghad, minn Hebron garr saltnatu fuq is-Sijon u bhala I-Belt ewlenija ghamel 'il Gerusalem. Hekk Gerusalem saret il-belt poIitka u c-centru religjuz tan-nazzjon Lhudija. Ghar-rebhiet kbar tieghu, David sar ir-Ras ta' saltna qawwija u setaghna, meqiuma mill-barranin u mmexxija b'gherf u ghaqal ta' fejda ghall-gewwenin. L-imgieba tieghu kollha turi Ii David kien ta' hsus religjuzi mill-aqwa u ta' hegga ghall-glorja tal-MuIej u, ghalkemm kien waqa' fi htijiet kbar, l-indiema u t-tewbiet tieghu sthoqqu I-hniena u I-mahfra minn Alla. Wara mewtu, qrib is-sena 1018, wiret is-saltna ibnu Salamun Ii moghni mis-sema b'ghotjiet kbar, bi t-talb imheggeg tieghu, sthoqqlu jaqla' dehen u gherf hekk kbir, Ii bihom seta' jmexxi saltnatu fis-sliem, fil-gid u fil-gieh. Waqqaf Tempju ta' l-akbar gmiel ghall-qima tal-Mulej, bena palazzi mill-isbah Ii zejnu I-belt u holoq bliet Ii jghaxxqu, fosthom iI-belt ta' Palmira fin-naha ta' fuq tal-Palestina u fetah marsa (port) fil-golf Elanitku, imnejn flotta kienet tbahhar ghal Ofis u ghal Jemen biex terga' lura mghobbija bid-deheb. Izda dan il-kbir sultan, imhajjar min-nisa ghorba, kien ta lilu nnifsu ghall-hajja zienja u ta' tbahrid, tilef emmnietu b'ghajb kbir ghalih u ghall-poplu t' Alla. Ghedieb il-Mulej, ghalheklk, ma naqsux minn fuqu u minn fuq saltnatu. Kien ghadu haj: is-Sirju b'Damasik u bl-Idumeja nhallu mill-hakma tieghu, u marru ghal rashom; tbahrid u korruzjoni kienu jsaltnu fil-Qorti, il-poplu mdejjaq u maghfus bit-taxxi u biex taghqad, mal-mewt ta' Salamun, iqum Geroboamu, mit-tribu ta' Efrajm ghadu tat-tribu ta' Guda, u holoq is-saltna l-Gdida ta' IZRAELI Ii mifruda min dik ta' Guda, kienet tinfirex minn Betel sa Dan, kontra dik ta' Roboam, bin Salamun. Gara, ghalhekk, li mall-firda politka dlonk giet il-firda religjuza: infirxet ix-xizma, ghax biex ibieghed il-poplu tieghu, miz-zjajjar ghat-Tempju ta' Gerusalem, Ii kien taht is-saltna ta' Guda, Geroboamu waqqaf f'Betel u f'Dan il-kult tal-Ghogol tad-deheb, Ii fetah it-triq ghall-qima ta' Baal u, Ii kieku ma kinetx il-hegga tal-Profeti r-religjon mosejka fit-tribu tan-naha ta' fuq, kienet tigi fix-xejn.
URI: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/45533
Appears in Collections:Lehen l-Art Imqaddsa : Ghadd 02 : April-Gunju : 1969
Lehen l-Art Imqaddsa : Ghadd 02 : April-Gunju : 1969

Files in This Item:
File Description SizeFormat 
Zmien_il-profeti_ta'_Izrael_il-profeta_Amos_1969.pdf3.97 MBAdobe PDFView/Open


Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.