Please use this identifier to cite or link to this item:
https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/50022| Title: | Ħjiel minn ġrajjiet il-parroċċa ta' l-Assunta ta' Ħad-Dingli (1575-1678) |
| Authors: | Bonnici, Alexander |
| Keywords: | Parish Church of the Assumption of Our Lady (Dingli, Malta) Dingli (Malta) -- History -- Knights of Malta, 1530-1798 |
| Issue Date: | 1979 |
| Publisher: | Malta University Historical Society |
| Citation: | Bonnici, A. (1979). Ħjiel minn ġrajjiet il-parroċċa ta' l-Assunta ta' Ħad-Dingli (1575-1678). Storja, 7, 9-18. |
| Abstract: | Ħad-Dingli hu wieħed mill-ħafna rħula ta ' Malta' li ġrajjiethom għadna ma nafuhom x. Għalhekk, jekk jiena naqbad il-kotba ta' l-istorja ta' gziritna, aktarx li ftit insib xi ngħid , u kwazi ma nkun nista'ngħid xejn ħlief ,li r-raħal fl-imgħoddi kien Ħal Tartarni, u izjed tard zviluppa f'Ħad-Dingli. Aħna kellna wkoll xi tagħrif ċkejken fuq il-knisja ewlenija tiegħu , u fuq knejjes oħrajn ta ' dawk l-inħawi. ls-sena 1978 hi sena tassew importanti fi ġrajjiet il-Parroċċa ta' Ħad-Dingli. Ma hix is-sena ċentinarja ta' meta Ħad-Dingli sar Parroċċa. II-Parroċċa saret għall-ewwel darba ħafna zmien qabel. Imma dan ir-raħal kellu l-problemi kbar tiegħu. Kien raħal li, waqt li fl-imgħoddi kien qrib il-qalba tal-popolazzjoni maltija, mis-seklu sittax 'il hawn, hu beda jħoss ruħu dejjem izjed maqtugħ . Waqt li fl-imgħoddi, il-ħajja ta' Malta kienet tant marbuta mar-Rabat u ma' l-Imdina , mis-sek lu sittax 'il quddiem, ic-Ċentru tal-ħajja mar lejn ii-Birgu, u mbagħad lejn il-belt Valletta. Il-mezzi tat-trasport baqgħu għal mijiet ta' snin diffiċli, u għalhekk Ħad-Dingli baqa' dejjem mitluq. Anki meta f'Malta l-Kleru beda jizdied, kien diffiċli li jinstab saċerdot biex jagħmel il-qalb lilu nnifsu u jagħti ruħu għall-poplu fqajjar ta' Ħad-Dingli. |
| URI: | https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/50022 |
| Appears in Collections: | Melitensia Works - ERCWHMlt |
Files in This Item:
| File | Description | Size | Format | |
|---|---|---|---|---|
| Ħjiel_minn_ġrajjiet_il_parroċċa_ta_lAssunta_ta_Ħad_Dingli.PDF | 473.34 kB | Adobe PDF | View/Open |
Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.
