Please use this identifier to cite or link to this item: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/50898
Title: Il-Pentatewku l-ewwel hames kotba tal-Bibbja
Authors: Buttigieg, Charles
Keywords: Bible. Pentateuch -- Criticism, interpretation, etc.
Bible -- Reading
Bible. Genesis
Bible. Old Testament
Issue Date: 2019
Publisher: Kummissarjat Tal-Qabar Ta' Kristu F'Malta
Citation: Buttigieg, C. (2019). Il-Pentatewku l-ewwel hames kotba tal-Bibbja. Lehen l-Art Imqaddsa, 40(206), 14-21.
Abstract: Il-kelma ‘Pentatewku’ ġejja mill-Grieg penta u teuchos li tfisser ħames ċilindri li fihom kienu jitqiegħdu ilparċmini tal-ewwel ħames kotba tal-Antik Testment, il-Ġenesi, l-Eżodu, Levitiku, Numri u Dewteronomju, he pentateuchos biblos. Il-Lhud kienu jsejħulhom ‘il-Liġi’ jew ‘it-Torah’ jew ‘Tagħlim’ (li tfisser ‘tgħallem’ millverb yarah li litteralment ifisser ‘tixħet vleġġa’ jew ‘turi indikazzjoni’) u kienu attributi lil Mosè bħala l-ewwel profeta. L-isem pentateuchus użah għallewwel darba Tertuljanu fit-tieni seklu W.K. Iżda Ġużeppi Flavju (37-100 A.D.), f ’Contra Apionem jgħid li dawn l-ewwel ħames kotba huma ta’ Mosè. Il-Pentatewku nkiteb f ’diversi zminijiet differenti u ħa ċertu proċess sabiex issawwar kollu kemm hu. Skont Wellhausen f ’dawn il-kotba hemm erba’ tradizzjonijiet li huma Jahwista (J), Elohista (E), Saċerdotali (P, Priester Codex) u dik Dewteronomista (D) u jieħdu isimhom għallmaterjal li huma jirriferu dejjem għalih. Dawn inkitbu f’perjodi u fi postijiet differenti. Il-Jahwista li ssemmi lil Alla bhala Jahweh inkitbet fis-saltna ta’ Ġuda jiġifieri f ’dik ta’ Israel fi żmien is-sultan Salamun (950 Q.K). L-Elohista li ssemmi lil Alla bħala Elohim inkitbet fis-saltna ta’ fuq fi żmien il-profeti għall-ħabta tas-sena 800 Q.K. Ir-redazzjoni Saċerdotali nkitbet fi żmien l-eżilju ta’ Babilonja (550-500 Q.K.) u dik Dewteronomista qabel l-eżilju marbuta mar-riforma ta’ Ġosija fis-sena 622 Q.K.
URI: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/50898
Appears in Collections:Lehen l-Art Imqaddsa : Numru 206 : Ottubru-Dicembru : 2019
Lehen l-Art Imqaddsa : Numru 206 : Ottubru-Dicembru : 2019

Files in This Item:
File Description SizeFormat 
Il-Pentatewku_l-ewwel_hames_kotba_tal-Bibbja_2019.pdf355.23 kBAdobe PDFView/Open


Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.