Please use this identifier to cite or link to this item: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/51024
Title: Vaska tal-maghmudija Bizantina fil-Bazilika ta' Betlehem
Authors: Muscat, Noel
Keywords: Church of the Nativity (Bethlehem) -- History
Bethlehem (Pa.) -- Description and travel
Church buildings
Initiation rites -- Religious aspects
Baptisteries
Baptism
Issue Date: 2019
Publisher: Kummissarjat Tal-Qabar Ta' Kristu F'Malta
Citation: Muscat, N. (2019). Vaska tal-maghmudija Bizantina fil-Bazilika ta' Betlehem. Lehen l-Art Imqaddsa, 40(206), 44-46.
Abstract: Fit-22 ta’ Ġunju ta’ din is-sena, waqt il-ħidma ta’ restawr li ilha għaddejja fil-Bażilika tan- Natività ta’ Betlehem sa mill-2013, instabet vaska tal-magħmudija ta’ żmien il-Biżantini, magħluqa u moħbija fil-vaska ottagonali li hemm fix-xaqliba tan-navata tan-nofsinhar talistess Bażilika. Il-ħidma esperta ta’ restawr tal-Bażilika qegħda ssir mis-Società Piacenti Spa, immexxija minn Giammarco Piacenti. Il-grupp ta’ restawraturi esperti diġà wettqu diversi proġetti ta’ restawr fil-Bażilika sa minn Settembru 2013. Dawn il-proġetti jinkludu r-restawr tas-saqaf tal-injam tal- Bażilika, li kien sar fl-1479 b’inizjattiva tal-Patrijiet Franġiskani, speċjalment tal-Gwardjan ta’ Betlehem, P. Giovanni Tomacelli. Tnaddfu u ħarġu għad-dawl il-mużajċi stupendi tal-anġli bejn it-twieqi u l-mużajċi l-oħrajn fuq il-ħitan, opra ta’ kollaborazzjoni bejn ir-re Kruċjat ta’ Ġerusalemm Almaric I u l-Imperatur Biżantin ta’ Kostantinopli Manuel Porfirogenetos Komnenos (1165-1169). Taħt il-mużajk tat-tielet anġlu min-naħa talpresbiterju nstab l-isem tal-mużajċista Grieg, Basilios Pictor, li hu l-awtur ta’ dawn il-mużajċi stupendi li fadal biss biċċiet minnhom li issa jistgħu jiġu apprezzati fuq il-ħitan tal-Bażilika. Ġew imnaddfin ukoll l-affreski ta’ qaddisin impittra fuq il-kolonni tal-Bażilika, fuq naħa qaddisin tal-Knisja Latina u fuq l-oħra qaddisin tal-Knisja Biżantina, u ġie restawrat bieb kbir tal-injam bi skultura Armena forma ta’ bizzilla, bejn in-narteċi (sala tad-daħla) u l-Bażilika nfisha.
URI: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/51024
Appears in Collections:Lehen l-Art Imqaddsa : Numru 206 : Ottubru-Dicembru : 2019
Lehen l-Art Imqaddsa : Numru 206 : Ottubru-Dicembru : 2019

Files in This Item:
File Description SizeFormat 
Vaska_tal-maghmudija_Bizantina_fil-Bazilika_ta'_Betlehem_2019.pdf1.27 MBAdobe PDFView/Open


Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.