Please use this identifier to cite or link to this item: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/51100
Title: San Frangisk fl-Art Imqaddsa (II) (1219-2019)
Authors: Muscat, Noel
Keywords: Francis, of Assisi, Saint, 1182-1226 -- Biography
Francis, of Assisi, Saint, 1182-1226 -- Travel -- Palestine
Crusades -- Fourth, 1202-1204
Issue Date: 2019
Publisher: Kummissarjat Tal-Qabar Ta' Kristu F'Malta
Citation: Muscat, N. (2019). San Frangisk fl-Art Imqaddsa (II) (1219-2019). Lehen l-Art Imqaddsa, 40(204), 06-13.
Abstract: Kien matul il-kapitlu ta’ Pentekoste tas-26 ta’ Mejju 1219 li San Franġisk iddeċieda li jmur fl-Orjent. Hu telaq minn Ancona fl-24 ta’ Ġunju, għalkemm xi storiċi jippreferu Brindisi bħala l-port li x’aktarx kienu jitilqu minnu l-Kruċjati. Il-vjaġġ bil-baħar kien ikun aktar faċli minn Brindisi jew Bari, għax b’hekk il-Kruċjati kienu jaqsmu direttament l-iStretto di Otranto lejn l-Albanija, u mbagħad ibaħħru mal-kosta tal- Greċja mill-gżira ta’ Korfu, jibqgħu neżlin għall-gżira ta’ Cephalonia, u mbagħad ibaħħru mal-kosta talpenisola tal-Peloponnesos. Minn hemmhekk kien ikun faċli biex jaqsmu lejn il-gżira ta’ Kreta, li dak iż-żmien kienet magħrufa bl-isem ta’ Candia (Chania). Mhux l-ewwel darba li l-Kruċjati kienu jieqfu għal xi żmien fi Kreta. L-isem Candia kien ġie applikat għal Kreta wara li din kienet intrebħet mill- Venezjani matul ir-Raba’ Kruċjata (1205-1212), u l-gżira baqgħet magħrufa b’dan l-isem sa ma ntrebħet mit-Torok Ottomani filgwerra tal-1645-1669. L-isem Candia ġej mill-belt kapitali tal-gżira, li kienet tissejjaħ Chandax, illum Heraklion. Hu l-kronista Franġiskan Mariano da Firenze (Libri delle vite di Sancti Frati Minori, c. 1480, c. 17) li jikteb: “Wara li telaq bil-baħar millport ta’ Ancona […] San Franġisk baħħar mal-aħwa li xtaq jieħu miegħu, u fi żmien qasir wasal fil-gżira ta’ Candia, fejn għal xi ġranet qagħad jippriedka l-penitenza u l-passjoni ta’ Kristu. Imbagħad kompla jbaħħar lejn is-Sirja u wasal fil-port tal-belt famuża ta’ Akri.”
URI: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/51100
Appears in Collections:Lehen l-Art Imqaddsa : Numru 204 : April-Gunju : 2019
Lehen l-Art Imqaddsa : Numru 204 : April-Gunju : 2019

Files in This Item:
File Description SizeFormat 
San_Frangisk_fl-Art_Imqaddsa_(II)_(1219-2019)_2019.pdf479.97 kBAdobe PDFView/Open


Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.