Please use this identifier to cite or link to this item: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/51102
Title: Il-gustizzja ta' Alla u s-salvazzjoni
Authors: Buttigieg, Charles
Keywords: Paul, the Apostle, Saint -- Theology
Bible. Epistles of Paul -- Criticism, interpretation, etc.
Salvation -- Christianity
Bible. Gospels -- Criticism, interpretation, etc.
Issue Date: 2019
Publisher: Kummissarjat Tal-Qabar Ta' Kristu F'Malta
Citation: Buttigieg, C. (2019). Il-gustizzja ta' Alla u s-salvazzjoni. Lehen l-Art Imqaddsa, 40(204), 14-17.
Abstract: L-ittra ta’ San Pawl lir- Rumani ġiet miktuba aktarx f ’Korintu fit-xitwa ta’ bejn is-snin 57 u 58 W.K., fit-tielet vjaġġ missjunarju, qabel ma huwa reġa’ lura lejn Ġerusalemm fejn ġie arrestat u mixħut fil-ħabs, u għalhekk żgur qabel ma mar Ruma fejn għadda wkoll minn Malta. Hija miktuba lill-komunità nisranija ta’ Ruma, il-belt kapitali tal-Imperu Ruman, komunità waħda kbira magħmula mhux biss mil-Lhud ikkonvertiti imma wkoll minn ħafna Ġentili kkonvertiti. Huwa jurihom ix-xewqa kbira li jgħallimhom huwa ukoll dwar il-fidi ta’ Kristu u l-Evanġejlu bl-inkarigu li huwa rċieva tal-missio ad gentes: “Jien inħoss ruħi obbligat lejn il- Griegi u Barbari, għorrief u m’humiex, għalhekk ninsab ħerqan li nxandar l-Evanġelju lilkom ukoll, li tgħammru f ’Ruma” (1:14- 15). Hija ittra mill-iktar solenni u li kellha influwenzi kbar fit-tagħlim tal-Knisja. Hija l-itwal ittra ta’ San Pawl u fiha sittax-il kapitlu. L-ittra twasslet lill-insara ta’ Ruma minn Febe li kienet djakonessa tal-knisja ta’ Kenkre (ara Rum 16:1).
URI: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/51102
Appears in Collections:Lehen l-Art Imqaddsa : Numru 204 : April-Gunju : 2019

Files in This Item:
File Description SizeFormat 
Il-gustizzja_ta'_Alla_u_s-salvazzjoni_2019.pdf340.87 kBAdobe PDFView/Open


Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.