Please use this identifier to cite or link to this item: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/51706
Title: Is-sejha ghad-djakonija fil-Bibbja
Authors: Buttigieg, Charles
Keywords: Church officers
Deacons -- Catholic Church
Deacons -- Biblical teaching
Issue Date: 2017
Publisher: Kummissarjat Tal-Qabar Ta' Kristu F'Malta
Citation: Buttigieg, C. (2017). Is-sejha ghad-djakonija fil-Bibbja. Lehen l-Art Imqaddsa, 38(196), 16-19.
Abstract: It-terminu ‘djakonija’ ġej mill-kelma Griega diakonia li tfisser ‘servizz’, ‘qadi’ jew ‘ministeru’, anke saħansitra servizz lil dawk li huma barranin jew lil dawk li huma ta’ twemmin ieħor. Fl-Antik Testment għandna l-kelma ebrajka avad li tfisser ‘xogħol’. Fil-Ġdid Testment il-kelma diakonia tirriferi għall-qadi fl-imwejjed, imma tfisser fuq kollox ‘servizz’. Infatti fil-Ġ.T. niltaqgħu ma’ erba’ termini li jfissru l-kelma ‘servizz’. Għandna l-ewwel il-kelma diakonia li nsibuha 96 darba. Għandna l-kelma douleia li tfisser ‘sjkavitù’ u li nsibuha 165 darba. Għandna l-kelma latreia bħala ‘servizz ta’ adorazzjoni’ u nsibuha 25 darba u l-kelma liturgos li tirreferi għas-‘sevizz ta’ talb u qima’ u li tinsab 15-il darba. It-terminu diakonia fuq kollox jimplika ‘servizz b’fidi u mħabba’. Huwa servizz liberu u għalhekk differenti minn douleia li hu servizz mingħajr għażla, imma obbligatorju. Fuq kollox it-terminu għandu affinità mal-kelma l-oħra Griega koinonia li tfisser ‘unità u għaqda’. Infatti djakonija hija li taqdi u sservi f ’nofs (dia) din il-għaqda u l-komunjoni (koinonia).
URI: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/51706
Appears in Collections:Lehen l-Art Imqaddsa : Numru 196 : April-Gunju : 2017

Files in This Item:
File Description SizeFormat 
Is-sejha_ghad-djakonija_fil-Bibbja_2017.pdf317.47 kBAdobe PDFView/Open


Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.